Aqbeż għall-kontentut

Reuben Gauci

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Reuben Gauci
Informazzjoni personali
Twelid28 ta' Ottubru 1983 (1983-10-28) (41 sena)
MellieħaMalta
Tul1.85 m
RwolGowler
Mixtliet
Birkirkara
Karriera professjonali
SninKlabb
2001–2005Floriana
2005–2012Marsaxlokk
2008–2009Qormi (self)
2009–2010St. Andrews (self)
2012Birkirkara (self)
2012–2015Birkirkara
Tim nazzjonali
2005Malta

Reuben Gauci (twieled fit-28 ta' Ottubru 1983) huwa eks-plejer tal-futbol Malti li kien jilgħab bħala gowler.

Reuben huwa prodott ta' Floriana u ddebutta fil-kampjonat lokali nhar it-22 ta' Awwissu 2002, fit-telfa ta' 1–0 kontra Ħamrun Spartans. Mat-tim Furjaniż hu lagħab mhux inqas minn 32 logħba qabel l-2005 meta ngħaqad ma' Marsaxlokk.

Ma' Marsaxlokk, Reuben għamel id-debutt tiegħu fil-11 t'Awissu 2005 meta rebħu 2–1 kontra Ħamrun Spartans. Magħhom irnexxielu jirbaħ ukoll l-ewwel kampjonat tiegħu fl-istaġun 2006–07. Fl-2008 ġie misluf lil Qormi u lagħab għall-ewwel darba fir-rebħa ta' 3–0 fuq Tarxien Rainbows. Wara s-self ma' Qormi, hu għen lil Marsaxlokk jilħqu r-raba' post tal-kampjonat.

Fl-2010, Gauci ġie misluf lil Birkirkara fejn iddebutta fit-telfa ta' 1–0 kontra Sliema Wanderers tat-8 ta' Jannar. Wara s-suċċess tiegħu mal-klabb ta' Birkirkara, il-kumitat iddeċieda li jakkwista lir-Reuben minn Marsaxlokk, u ffirma kuntratt ta' sentejn fid-19 ta' Ġunju, 2012.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fuq livell internazzjonali, Gauci kien mat-timijiet nazzjonali minn ta' taħt is-16-il sena 'l fuq, sakemm fl-2005 ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali tal-kbar. Hu ssejjaħ għal-logħba kontra l-Iżvezja tal-4 ta' Ġunju 2005, però ma kienx involut. Finalment, hu għamel l-ewwel dehra tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali erbat ijiem wara fit-telfa ta' 4–1 kontra l-Iżlanda.

Marsaxlokk
Birkirkara

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]