Pont du Gard

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Pont du Gard Oct 2007.jpg

Għal xi żmien kien jingħad li l-Pont du Gard inbena madwar is-sena 19 Q.K. Imma, skavazzjoniet ġodda wrew li l-bini sar f'nofs l-ewwek seklu W.K. Ix-xogħol tal-bini huwa attribut lil Marcus Vipsanius Agrippa, l-ajjutant ta' Ċesari Awgusto.

Dan il-pont huwa ddisinjat biex iġorr l-ilma minn naħa għall-oħra tax-xmara Gardon. Fil-fatt jgħamel parti minn akwadott ta' 50km li jġib l-ilma min-nixxiegħa maġenb Użes sal-Belt Rumana ta' Nemausus.

Il-Pont du Gard hu mibni fuq tliet livelli:

  • Il-livell ta' taħt: fih 6 arkati, twil 142 metru b'6 metri ħxuna, u għoli 22 metru.
  • Il-livell tan-nofs: fih 11-il arkata, twil 242 metru b'4 metri ħxuna, u għoli 20 metru.
  • Il-livell ta' fuq: fih 35 arkata, twil 275 metru b'3 metri ħxuna, u għoli 7 metri.

Fl-ewwel livell hemm triq u fuq it-tielet livell, hemm tubu ta' l-ilma, li hu 1.8 fond u 1.2 metri wiesa'.