Peter Mokaba Stadium
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Peter Mokaba Stadium | |
|---|---|
| Lokalità | Polokwane, Afrika t'Isfel |
| Koordinati | 23°55′29″S 29°28′08″E / 23.924689°S 29.468765°EKoordinati ġeografiċi: 23°55′29″S 29°28′08″E / 23.924689°S 29.468765°E |
| Inawgurazzjoni | 2010 |
| Wiċċ | Ħaxix |
| Spiża tal-kostruzzjoni | Rand 1.24 biljun |
| Kapaċità | 41,734 |
Peter Mokaba Stadium huwa stadju tal-futbol f'Polokwane, fl-Afrika t'Isfel, li ġie proġettat apposta għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010. Dan jesa' 41,733 u ġie msemmi wara Peter Mokaba, eks-kap tal-ANC Youth League.[1] Dan l-istadju jinsab ħames kilometri 'l bogħod miċ-ċentru tal-belt u jinsab fil-Lvant ta' Pietersburg Stadium.
Dan l-impjant huwa wieħed mill-ħames impjanti ġodda li nbnew għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010. Għal Peter Mokaba Stadium intefqu R1,245,000,000 (USD $150 miljun). Il-grawnd se jkun użat prinċiparjament kemm għal partiti kif ukoll għat-taħriġ.
L-ewwel logħba li ntlagħbet ġewwa dan il-grawnd kienet logħba internazzjonali bejn l-Afrika t'Isfel u l-Gwatemala fil-31 ta' Mejju 2010, bl-Afrika t'Isfel jirbaħ 2–0.[2]
[editja] Tazza tad-Dinja 2010
| Data | Ħin (UTC+2) | Tim 1 | Riżultat | Tim 2 | Rawnd | Attendenza |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 13 ta' Ġunju 2010 | 16.00 | 0–1 | Grupp Ċ | 30,325 | ||
| 17 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | 0–2 | Grupp A | 35,370 | ||
| 22 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | 0–2 | Grupp B | 38,891 | ||
| 22 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | 0–0 | Grupp F | 34,850 |
[editja] Referenzi
- ^ www.fifa.com
- ^ (Ingliż) World Cup 2010: Aaron Mokoena poised to win 100th cap. BBC Sport, 31-05-2010. Aċċess tal-URL: 31-05-2010.
[editja] Ħoloq esterni
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Peter Mokaba Stadium |