Papa Ċelestinu V

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
L-inoronazzjoni tal-Papa Ċelestinu V

Papa Ċelestinu V, imwieled Pietro da Morrone (Molise, bejn l-1209 u l-1215 – Fumone, 19 ta' Mejju 1296), kien il-192 Papa tal-Knisja Kattolika għal inqas minn 4 xhur, bejn id-29 ta' Awwissu u t-13 ta' Diċembru 1294. Huwa meqjum bħala qaddis tal-Knisja Kattolika u t-tifkira tiegħu ssir fid-19 ta' Mejju.

Eremita[editja]

Tliet lokalitajiet fil-Molise jgħidu li Ċelestinu twieled fihom: Isernia, Sant'Angelo Limosano u Sant'Angelo in Grotte. Jingħad li tilef lil missieru ta' eta' żgħira ħafna. Ta' 20 sena huwa mar jgħix ta' eremita, jitlob, jaħdem u jaqra l-bibbja. Huwa mexa mar-regola tal-Benedittini u kienu bosta l-eremiti l-oħrajn li kienu jfittxuh għall-pariri. Dan wasslu biex waqqaf il-Kommunità tal-Ispirtu Mqaddes ta' Maiella (Celestini Benedettini).

Pontifikat[editja]

Intgħażel Papa fil-5 ta' Lulju, 1294, wara li għal sentejn sħaħ il-konklavi tal-kardinali ma setax jasal għal għażla. Meta huwa kien qalilhom li l-Mulej ma kienx qed jieħu pjaċir b'dan id-dewmien, il-kardinali għażluh Papa u ħa l-isem ta' Ċelestinu V. L-għan ewlieni tal-pontifikat tieghu kien li jirriforma lill-kleru, li ħafna minnhom kienu qed jinqdew bis-saċerdozju tagħhom biex jiksbu s-setgħat temporali. Il-pontifikat tiegħu kien wieħed qasir ħafna li dam 4 xhur biss.

Riżenja[editja]

Nhar it-13 ta' Diċembru, 1294, Papa Ċelestinu rriżenja mill-kariga tiegħu, l-uniku Papa li għamel dan fl-istorja tal-Knisja.

Mewt[editja]

Huwa miet fid-19 ta' Mejju, 1296. Indifen fil-knisja ta' Sant'Agata f'Ferentino. Aktar tard il-fdalijiet tiegħu ttieħdu fil-Knisja ta' Santa Maria di Collemaggio, fl-Aquila. Ġie iddikjarat qaddis fl-1313. Huwa l-qaddis patrun tal-Aquila u ta' dawk li jillegaw il-kotba.