Matteo Renzi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Matteo Renzi (Firenze, Italja, 11 ta' Jannar 1975) huwa l-Prim Ministru attwali tal-Italja u mexxej tal-partit ċentru xellugi l-Partito Democratico, li nħatar mexxej tiegħu fit-8 ta' Diċembru 2013. Kien President tal-Provinċja ta' Firenze bejn l-2004 u l-2009, Sindku ta' Firenze fil-ħames snin ta' wara. Huwa nħatar Prim Ministru fit-22 ta' Frar 2014.

Meta nħatar, Renzi kien l-iżgħar Prim Ministru Taljan, fl-età ta’ 39 sena.

Il-Prim Ministru preċedenti, Enrico Letta, mill-istess partit ta' Renzi, irriżenja wara pressjoni kbira li kellu minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-ekonomija Taljana. Infatti Renzi kien qal li l-inċertezza fl-Italja setgħet tieqaf biss jekk il-gvern ta’ Letta jieqaf.

Ħoloq esterni[editja]