Marzu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru
Marzu
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
26 27 28 29 30 31 1
2 3 4 5 6 7 8
9 10 11 12 13 14 15
16 17 18 19 20 21 22
23 24 25 26 27 28 29
30 31 1 2 3 4 5

Marzu huwa t-tielet xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan u wieħed minn seba' xhur li għandhom tul ta' 31 ġurnata.

Marzu jibda (astroloġikament) meta x-xemx tkun fis-sinjal tal-Ħut u jispiċċa fis-sinjal ta' Aries. Astronomikament, ix-xemx tibda fil-kostelazzjoni tal-Akwarju u tispiċċa f'dik tal-Ħut.

L-isem Marzu ġej minn Ruma antika, meta Marzu kien l-ewwel xahar tas-sena u kien imsemmi Martius wara Marte, l-alla Ruman tal-gwerra. F'Ruma, fejn hemm klima Mediterranja, Marzu hu l-ewwel xahar tar-rebbiegħa, punt loġiku għal bidu tas-sena kif ukoll bħala l-bidu tal-istaġun tal-kampanji militari. Is-sena numerata bdiet fl-1 ta' Marzu fir-Russja sa tmiem is-seklu 15. Il-Gran Brittanja u l-kolonji tagħha komplew jużaw il-25 ta' Marzu sa l-1752, fl-istess sena li huma adottaw il-kalendarju Gregorjan. Kulturi oħra u reliġjonijiet għadhom jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida f'Marzu.

Marzu, illustrazzjoni minn Les Très Riches Heures du duc de Berry

Bil-Fillandiż, ix-xahar huwa msejjaħ maaliskuu, kelma li ġejja minn maallinen kuu li tfisser "xahar dinji". Dan għaliex fil-maaliskuu, id-dinja tibda tfeġġ minn taħt is-silġ. Ismijiet storiċi ta' Marzu jinkludu t-terminu Sassonju Lectmonat, imsemmi għall-ekwinozju u t-tul ġdid tal-ġranet.

Avvenimenti f'Marzu[editja]