Manucho Gonçalves
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Mateus Alberto Contreiras Gonçalves | ||
| Twelid | 7 ta' Marzu 1983 Luanda |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.88 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Manisaspor | ||
| Numru | 26 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1997–1999 | Flamenguinhos | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 1999–2002 | Benfica de Luanda | 12 | (5) |
| 2002–2008 | Petro Atletico | 78 | (34) |
| 2008–2009 | Manchester United | 1 | (0) |
| 2008 | → Panathinaikos (self) | 7 | (4) |
| 2009 | → Hull City (self) | 13 | (2) |
| 2009–2011 | Real Valladolid | 24 | (4) |
| 2010 | → Bucaspor (self) | 12 | (2) |
| 2011– | Manisaspor | 2 | (0) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2007– | Angola | 33 | (16) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 10:36, 17 April 2011 (UTC) |
|||
Mateus Alberto Contreiras Gonçalves (Luanda, 7 ta' Marzu 1983), magħruf aħjar bħala Manucho huwa plejer tal-futbol mill-Angola. Hu ttrasferixxa minn Petro Atletico għal Manchester United f'Jannar 2008.[1] Qabel ma lagħab partita waħda ma' United, hu ġie msellef lit-tim Grieg ta' Panathinaikos għall-istaġun 2007–08 sakemm jingħatalu l-permess tax-xogħol. F'Jannar tal-2008 ġie msellef lit-tim ta' Hull City għall-kumplament tal-istaġun. Hu hu membru wkoll tat-tim nazzjonali tal-Angola. Sussegwentament ingħaqad mal-klabb Spanjol ta' Real Valladolid.
Werrej |
Karriera[editja]
Manucho beda l-karriera fil-futbol ma' Flamenguinhos, tim ġovanili żgħir minn Terra Nova, Luanda, fejn kien jgħix. Taħt il-gwida tal-kowċ u missieru, Alberto Gonçalves, Manucho beda jilgħab fuq fuq il-faxxa xellugija u bil-mod il-mod sar wieħed mill-istilel tal-klabb.
Bidu tal-karriera[editja]
Manucho iffirma mat-tim ta' Benfica de Luanda, klabb medjutal-kampjonat tal-Angola. Hu mbagħad mexa għal mat-tim ta' Petro Atletico, fejn inizzjalment bata daqxejn biex jagħmel numru ta' apparenzi minħabba l-preżenza tal-attakkant Flávio Amado. Wara li Flávio ngħaqad mat-tim Eġizzjan ta' Al-Ahly, Manucho stabilixxa ruħu fit-tim, fejn skorja 16-il gowl fl-2006 u 15 fl-2007.
Manchester United[editja]
Fil-21 ta' Diċembru 2007, kien imħabbar li Manucho qabel biex jiffirma mal-klabb tal-Premier League Ingliż Manchester United. Hu ngħaqad mal-klabb f'Jannar tal-2008 f'kuntratt ta' tliet snin.[1] Qabel din l-aħbar, Manucho kien fi tliet ġimgħat ta' prova mat-tim ta' Manchester, fejn irnexxielu jimpressjona biżżejjed lill-kowċ ta' United Sir Alex Ferguson biex jiffirma kuntratt.
Fil-31 ta' Jannar 2008, kien imħabbar li Manucho kien ingħata b'self lit-tim Grieg ta' Panathinaikos, għall-aħħar parti tal-istaġun 2007–08, minħabba kumplikazzjonijiet biex jakkwista permess għax-xogħol, fejn din servietu ta' spunt biex jakkwista aktar esperjenza. Il-perjodu ta' self beda wara l-eliminazzjoni tal-Angola mit-Tazza Afrikana 2008 mill-Eġittu. Ma' Panathinaikos skorja fid-debutt tiegħu fir-rebħa ta' 2–0 kontra Larissa. Il-forma tajba ta' Manucho wasslet biex Panathinaikos jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League 2008–09.
Fl-aħħar tal-istaġun, Manucho irritorna lura lejn Manchester United għall-pre-kampjonat fl-Afrika t'Isfel. Madanakollu, kien suspettat li weġġa' fil-metatarsu u b'hekk ma kienx possibli li jkun parti mill-programm tal-pre-kampjonat. F'Awwissu tal-2008, il-klabb ikkonferma li huma kienu reġgħu applikaw għall-permess tax-xogħol għal Manucho biex b'hekk ikun jista' jilgħab magħhom.[2] Ftit wara kien imħabbar li Manucho kien ingħata l-permess, hekk kif din l-aħbar ġiet ukoll ikkonfermata mis-sit uffiċjali tal-klabb.[3] Manucho ingħata n-numru 26 għall-istaġun 2008–09, fejn iddebutta bħala sostitut fit-23 ta' Settembru 2008 fit-Tielet Rawnd tal-League Cup kontra Middlesbrough, liema partita United rebħu 3–1. Id-debutt fil-kampjonat wasal fil-15 ta' Novembru 2008, fejn daħal bħala sostitut fil-partita mirbuħa minn United bl-iskor ta' 5–0 kontra Stoke City, fejn assista r-raba' gowl skorjat minn Danny Welbeck.
Hull City[editja]
Wara li sab opportunitajiet limitati mal-ewwel tim, fis-16 ta' Jannar 2009 Manucho qabel li jingħaqad ma' Hull City taħt self sa tmiem l-istaġun. Id-debutt wasal fit-telfa ta' 3–1 kontra Arsenal,[4] u nhar l-4 ta' Marzu 2009 wasal l-ewwel gowl tiegħu fil-Premier League, gowl fl-aħħar minuta li ta rebħa prezzjuża ta' 1–0 kontra Fulham.[5]
Internazzjonali[editja]
Manucho kien membru tat-tim tal-Angola fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza Afrikana 2008.
F'Jannar tal-2008, hu kien imsejjaħ fit-tim tal-Angola għat-Tazza Afrikana 2008 li saret fil-Gana. Hu skorja l-ewwel gowl fl-ewwel partita tal-Angola kontra l-Afrika t'Isfel, u skorja darbtejn oħra kontra s-Senegal fir-rebħa ta' 3–1. Fl-4 ta' Frar, Manucho skorja l-unika gowl tal-Angola fit-telfa ta' 2–1 kontra l-Eġittu. Minkejja li r-riżultat kien ifisser l-eliminazzjoni tal-Angola mill-kompetizzjoni, il-gowl ta' Manucho minn madwar 20 metru kien ivvutat bħala "Il-Gowl tal-Kampjonat". Fl-aħħar tal-kampjonat, Manucho kien inkluż fl-"Aqwa XI", tim bl-aqwa plejers f'kull pożizzjoni.
Referenzi[editja]
- ^ a b (Ingliż) "Boss reveals new signing", 21-12-2007.
- ^ (Ingliż) "Ferguson to give Campbell chance", 03-08-2008.
- ^ (Ingliż) Reds line up for team photo. ManUtd.com, 28-08-2008. Aċċess tal-URL: 02-09-2008.
- ^ (Ingliż) "Hull 1-3 Arsenal", 17-01-2009.
- ^ (Ingliż) "Fulham 0-1 Hull City", 04-03-2009.