Lola Pagnani

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Anna Lola Pagnani Stravos, magħrufa aħjar bħala Lola Stavros jew ukoll Anna Lola Pagnani (Ruma, 3 ta' April 1972) hi attriċi u ballerina Taljana.

Bijografija[editja]

Hi twieldet f'Ruma bħala Anna Lola Pagnani Stavros, it-tifla tal-kittieb Enzo Pagnani. Hi ggradwat f'Pariġi fl-età ta' sbatax-il sena fiż-żfin kontemporanju, u kienet l-ewwel żeffiena tal-Momix fit-"Tour Mondjali", u suċċessivament ikkolaborat fil-koreografija ta' Circe du Soleil f'Montréal. Hi kienet l-ewwel żeffiena fit-Teatru Nazzjonali ta' Munich taħt id-direzzjoni ta' Lina Wertmuller u l-konduttur Giuseppe Sinopoli. Wara hi ggradwat fiż-żfin kontemporanj fl-Alvin Ailey American Dance Theater ġewwa New York. Wara li ġewwa New York studjat id-drama, hi rritornat lura l-Italja.

Lura l-Italja hi bdiet fost ismijiet kbar ta' fama internazzjonali, bħal Ettore Scola, Giulio Base, Lina Wertmuller, u ġiet magħżula minn Spike Lee, John Turturro u aktar tard, Abel Ferrard għal xi produzzjonijiet ġewwa l-Istati Uniti. Fl-Italja kienet testimonja ta' Lavazza flimkien ma' Tullio Solenghi u Riccardo Garrone u għal sentejn kienet parti mill-programm ta' diskussjoni Maurizio Costanzo Show. Hi kienet invitata biex taħdem flimkien ma' Enrico Montesano, Marco Columbro, Barbara De Rossi, Blas Roca Rey, Enrico Brignano, Nino Manfredi, Vittorio Gassman u Shelley Winters. Dan tal-aħħar ħadha tistudja miegħu f'Los Angeles fl-Actor's Studio.

Ikkolaborat mar-Rai International fi New York f'diversi programmi u kkonduċiet il-programm PoP Italia. Dan l-aħħar iddeċidiet li tagħmel dokumentarju flimkien mal-produttriċi u direttriċi Amerikana Melissa Balin, inspirat minn fatt personali legali bħala vittima ta' komplott tal-camorra. Il-proġett se jġib l-isem ta' Women Seeking Justice u se jinkludi stejjer ta' inġustizzja minn madwar il-globu.

Karriera[editja]

Ċinema[editja]

Televiżjoni[editja]

Teatru[editja]

Ħoloq esterni[editja]