Logħob Olimpiku tas-sajf 2016

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Rio de Janeiro intgħażlet biex tospita l-Olimpjadi tas-Sajf 2016

L-Olimpjadi tas-Sajf 2016 huma l-XXXI Olimpjad immexxi mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI). Dawn l-Olimpjadi se jsiru fil-belt ta' Rio de Janeiro kif imħabbra mill-KOI nahar it-2 ta' Ottubru, 2009. Il-logħob hu mistenni li jittella' bejn il-5 u l-21 ta' Awissu 2016. Il-Parolimpjadi tal-2016 se jsiru fl-istess belt u se jkunu organizzati mill-istess kumitat. Huma mistenni li jittellgħu bejn is-7 u t-18 ta' Settembru.