Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010
Mottu {{{mottu}}}
Belt Vancouver
Pajjiżi parteċipanti {{{pajjiżi_parteċipanti}}}
Atleti parteċipanti {{{atleti_parteċipanti}}}
Avvenimenti 86
Ċerimonja tal-ftuħ {{{ċerimonja_ftuħ}}}
Ċerimonja tal-għeluq {{{ċerimonja_għeluq}}}
Uffiċjalment miftuħa minn Michaëlle Jean
Ġurament tal-ġurija Michel Verrault
Grawnd {{{grawnd_olimpiku}}}

Il-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010, magħrufin uffiċjalment bħala l-Logħob tal-XXI Olimpjadi tax-xitwa, kienu manifestazzjoni sportiva li saru bejn it-12 u t-28 ta' Frar, 2010, ġewwa Vancouver, Kolumbja Brittanika, il-Kanada. Kemm l-Olimpjadi u kif ukoll il-Logħob Paralimpiku ġew organizzati mill-Kumitat Organizzattiv ta' Vancouver (VANOC). Din kienet it-tielet darba li l-Kanada ospitat l-Olimpjadi ġewwa darha, u l-ewwel darba mill-provinċja ta' Kolumbja Brittanika. Qabel, il-Kanada ospitat l-edizzjoni tal-1976 tal-Olimpjadi tas-sajf ġewwa Montreal, il-Quebec, u l-Olimpjadi tax-xitwa tal-1988 ta' Calgary, f'Alberta.

Fiċ-ċerimonja ta' għeluq tal-Olimpjadi tax-xitwa 2006 li saru ġewwa Turin, l-Italja, bi tradizzjoni Olimpika, is-sindku tal-belt ta' Vancouver Sam Sullivan irċieva l-bandiera Olimpika. Il-bandiera ġiet mtella' nhar it-28 ta' Frar, 2006, f'ċerimonja speċjali, u kienet miftuħa għad-dehra tal-pubbliku fil-Vancouver City Hall saċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi suċċessivi. L-avveniment kien uffiċjalment miftuħ mill-Gvernatriċi Ġenerali Michaëlle Jean.

Għall-ewwel darba, il-Kanada irnexxielha tikseb midalja tad-deheb f'Logħob Olimpiku li sar ġewwa pajjiżha, wara li naqset li tagħmel dan fl-edizzjonijiet preċedenti ta' Montreal 1976 u Calgary 1988. B'total ta' erbatax-il midalja tad-deheb, il-Kanada kisret ir-rekord għall-aktar numru ta' midalji tad-deheb li ntrebħu f'edizzjoni waħda tal-Olimpjadi tax-xitwa, li kien fuq kwota 13, miżmum mill-Unjoni Sovjetika (1976) u n-Norveġja (2002). L-Istati Uniti rebħu l-klassifika tal-aktar numru ta' midalji li ntrebhu, għat-tieni darba fl-istorja tagħhom fl-Olimpjadi tax-xitwa, u kisru wkoll ir-rekord għall-iktar numru ta' midalji li ntrebħu f'edizzjoni waħda tal-Olimpjadi, 37, li kien preċedentament f'idejn il-Ġermanja (2002) b'36. Atleti mis-Slovakkja u l-Belarus taw l-ewwel midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tax-xitwa lil pajjiżhom.

Għażla tal-ospitu[editja]

Riżultati tal-kandidaturi tal-Olimpjadi ta' Bejġing 2008
Belt KON Rawnd 1 Rawnd 2
Vancouver Bandiera tal-Kanada Kanada 40 56
Pyeongchang Bandiera tal-Korea t'Isfel Korea t'Isfel 51 53
Saliżburgu Bandiera tal-Awstrija Awstrija 16

Il-21 edizzjoni tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa ngħataw f'idejn il-belt ta' Vancouver nhar it-2 ta' Lulju 2006 matul il-115-il kungress tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, li sar ġewwa Praga fir-Repubblika Ċeka.

Għall-bidu kien hemm tmien ibliet li ppreżentaw il-kandidatura tagħhom: Andorra, Berna (Żvizzera), Jaca (Spanja), Harbin (Ċina), Pyeongchang (Korea t'Isfel), Saliżburgu (Awstrija), Sarajevo (Bożnija u Ħerżegovina), u Vancouver (Kanada).

Minn dawn, kienu biss Saliżburgu, Pyeongchang u Vancounver li ntagħżlu bħala finalisti għal dan il-proċess. Għall-elezzjoni finali kien hemm il-bżonn ta' żewġ votazzjonijiet: mill-ewwel riżultat il-belt ta' Saliżburgu ġiet eliminata b'16-il vot biss; it-tieni rawnd ipproklama lil Vancouver bħala l-belt organizzatriċi tal-Logħob, b'total ta' 56 vot, bi 53 imorru lill-belt Koreana ta' Pyeongchang.

Torċa Olimpika[editja]

L-arloġġ ġewwa Dowtown Vancouver jgħodd il-ħin lejn il-bidu tal-Olimpjadi.

Il-mixja tat-Torċa Olimpika huwa t-traġitt li jwassal 'il-fjamma Olimpika mill-belt antika ta' Olimpja, fil-Greċja – fejn saru l-ewwel Logħob Olimpiċi eluf ta' snin ilu – sal-impjant tal-belt fejn tkun se ssir l-edizzjoni. Il-fjamma tasal eżatt fil-ħin għaċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Għal-logħob ta' Vancouver 2010, il-fjamma nxtelgħet ġewwa Olimpja nhar it-22 ta' Ottubru, 2009. Wara vvjaġġat mill-Greċja, fuq il-Pol tat-Tramuntana lejn l-Artiklu Għoli tal-Kanada u lejn il-West Coast u Vancouver. Il-vjaġġ beda l-mixja twila tiegħu fil-Kanada mill-kapitali tal-Kolumbja Brittanika, Victoria. Fil-Kanada, it-torċa mxiet madwar 45,000 kilometru (28,000 mil) f'tul ta' 106 ġurnata, biex għamlitha fost l-itwal mixjiet f'pajjiż wieħed fl-istorja tal-Olimpjadi. It-Torċa ġiet miżmuma minn madwar 12,000 Kanadiż u laħqet lil madwar 1,000 komunità.

Mewt ta' Nodar Kumaritashvili[editja]

Sigħat qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ, il-Ġeorġjan Nodar Kumaritashvili miet waqt sessjoni ta' taħriġ.[1] Fil-korsa tal-luge ta' Whistler, l-isportiv ta' 21 sena, tilef il-kontroll u taħt veloċità stmata ta' 140 km/h hu ħabat ma' arblu tal-azzar wara li kien spiċċa barra mill-islitta. Fuq il-post saru diversi attentati biex jerġgħu jqajmuh u aktar tard ġiet meħud lejn faċilita medika fejn miet. Allavolja saru diversi mistoqsijiet dwar is-sigurtà tal-korsa, l-uffiċjali kkonkludew li t-traġedja kienet kawża ta' żball tal-atleta milli problema fil-korsa.[1] Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Luge sejħet laqgħa ta' emerġenza wara dan l-inċident, u t-taħriġ kollu għal dik il-ġurnata ġie kanċellat.

Il-logħob[editja]

Pajjiżi parteċipanti[editja]

82 Kumitat Olimpiku Internazzjonali daħlu timijiet tagħhom għall-edizzjoni tal-2010 tal-Olimpjadi.[2] Il-Gżejjer Kajman, il-Kolombja, il-Gana, il-Montenegro, il-Pakistan, il-Peru u s-Serbja għamlu l-ewwel dehra tagħhom fl-Olimpjadi tax-xitwa. Il-Ġamajka, il-Messiku u l-Marokk irritornaw wara li tilfu l-edizzjoni ta' Turin 2006. Tonga kienet preparata li tagħmel id-debutt tagħha b'kompetitur wieħed fid-dixxiplina tal-luge, però dan kraxxja fl-aħħar rawnd ta' kwalifika.[3] Il-Lussemburgu kellha preparati żewġ atleti, imma ma ħaditx sehem minħabba li wieħed minnhom ma laħaqx il-kriterji proposti mill-KOI,[4] u l-ieħor safa' imweġġa qabel il-Logħob.[5]

2010 Winter Olympics Participants.svg

Dixxiplini[editja]

L-edizzjoni 2010 tal-Olimpjadi tax-xitwa pprepara 15-il dixxiplina sportiva:

Dixxiplina Maskili Femminili Imħalltin Total
Biathlon pictogram.svg Biathlon 5 5 10
Bobsleigh pictogram.svg Bobsleigh 2 1 3
Curling pictogram.svg Curling 1 1 2
Ice hockey pictogram.svg Ħokì fuq is-silġ 1 1 2
Luge pictogram.svg Luge 2 1 3
Nordic combined pictogram.svg Kombinata nordika 3 3
Ski jumping pictogram.svg Qbiż bl-iski 3 3
Short track speed skating pictogram.svg Short track 4 4 8
Figure skating pictogram.svg Skejting artistiku 1 1 2 4
Speed skating pictogram.svg Skejting ta' veloċità 6 6 12
Freestyle skiing pictogram.svg Ski akrobatiku 3 3 6
Alpine skiing pictogram.svg Ski alpin 5 5 10
Cross country skiing pictogram.svg Ski fil-fond 6 6 12
Skeleton pictogram.svg Skeleton 1 1 2
Snowboarding pictogram.svg Snowboard 3 3 6
Total (15-il sport) 46 38 2 86

Kalendarju[editja]

Fil-kalendarju segwenti tal-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2010, kull kaxxa blu tindika li avveniment kompetittiv, bħal rawnd ta' kwalifika, sar f'dak il-jum. Il-kaxex sofor jirrapreżentaw ġranet li matulhom saru finali għar-rebħ tal-midalji. Kull ballun f'dawn il-kaxex juri finali ta' avveniment, bin-numru ta' blalen f'kull kaxex jirrapreżentaw in-numru ta' finali li ntlagħbu f'dik il-ġurnata.[31]

 ●  Ċerimonja tal-ftuħ     Kwalifikazzjoni  ●  Finali     Gala  ●  Ċerimonja tal-għeluq
Frar 12
Ġ
13
S
14
Ħ
15
T
16
T
17
E
18
Ħ
19
Ġ
20
S
21
Ħ
22
T
23
T
24
E
25
Ħ
26
Ġ
27
S
28
Ħ
Midalji tad-
deheb
Ski alpin 10
Biathlon ●● ●● ●● 10
Bobsleigh 3
Ski fil-fond ●● ●● ●● 12
Curling 2
Skejting artistiku 4
Ski akrobatiku 6
Ħokì fuq is-silġ 2
Luge 3
Kombinata nordika 3
Short track ●● ●●● 8
Skeleton ●● 2
Qbiż bl-iski 3
Snowboard 6
Skejting ta' veloċità ●● 12
Total ta' midalji tad-deheb 5 5 6 5 7 6 4 6 6 4 5 5 6 7 7 2 86
Total kumulattiv 5 10 16 21 28 34 38 44 50 54 59 64 70 77 84 86
Ċerimonji
Frar 12
Ġ
13
S
14
Ħ
15
T
16
T
17
E
18
Ħ
19
Ġ
20
S
21
Ħ
22
T
23
T
24
E
25
Ħ
26
Ġ
27
S
28
Ħ

Midalji[editja]

L-aqwa għaxar KON skont in-numru ta' midalji tad-deheb mirbuħa huma mniżżla hawn taħt. L-organizzatur, il-Kanada, għandhom sfond bil-kulur.

Poż. Pajjiż Deheb Fidda Bronż Total
1 Bandiera tal-Kanada Kanada 14 7 5 26
2 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 10 13 7 30
3 Bandiera tal-Istati Uniti Stati Uniti 9 15 13 37
4 Bandiera tan-Norveġja Norveġja 9 8 6 23
5 Bandiera tal-Korea t'Isfel Korea t'Isfel 6 6 2 14
6 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera 6 0 3 9
7 Bandiera taċ-Ċina Ċina 5 2 4 11
8 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja 5 2 4 11
9 Bandiera tal-Awstrija Awstrija 4 6 6 16
10 Bandiera tal-Pajjiżi l-Baxxi Olanda 4 1 3 8

Referenzi[editja]

  1. ^ a b (Ingliż) Olympic luger Nodar Kumaritashvili dies after crash. BBC Sport, 13-02-2010
  2. ^ (Ingliż) Olympic Athletes, Teams and Countries. VANOC
  3. ^ "Tongan athlete narrowly misses out on Winter Olympics", Australian Broadcasting Corporation.
  4. ^ (Ġermaniż) Sport | Kari Peters bleibt zu Hause. wort.lu, 19-01-2010
  5. ^ (Ġermaniż) Sport | Stefano Speck fährt nicht nach Vancouver. wort.lu, 12-01-2010
  6. ^ a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v http://www.fis-ski.com/data/document/summary-quotas-allocation.pdf
  7. ^ a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z aa Vancouver Olympics – Athletes
  8. ^ a b c d e f (Ingliż) Alpine team takes fall at 2010 Games – Vancouver 2010 Olympics. thestar.com, 06-10-2009
  9. ^ a b c d e (Ingliż) Germany, Norway round out 2010 Olympic men's hockey. 08-02-2009
  10. ^ (Ingliż) Athletes : Vancouver 2010 Winter Olympics. Vancouver2010.com
  11. ^ a b c d e f (Ingliż) ISU Figure skating qualification system
  12. ^ a b c d e f 2009 Figure Skating World Championship results
  13. ^ Saiba os brasileiros que podem ir a Vancouver
  14. ^ Bulgaria received one more quota for the games. Топспорт. Aċċess tal-URL: 2010-02-13.
  15. ^ Olympic Qualification. World Curling Federation. Aċċess tal-URL: 2009-02-09.
  16. ^ (Finlandiż) Suomen Olympiajoukkueeseen Vancouver 2010 -talvikisoihin on valittu 94 urheilijaa – kahdella miesalppihiihtäjällä vielä mahdollisuus lunastaa paikka joukkueessa – Suomen Olympiakomitea. Noc.fi, 28-01-2010
  17. ^ (Franċiż) 108 Français à Vancouver – JO 2010 – L'EQUIPE.FR. Vancouver2010.lequipe.fr, 01-02-2010
  18. ^ (Ingliż) Ghana's 'Snow Leopard' qualifies to ski in 2010 Winter Olympics.
  19. ^ Travers is snow joke. Aċċess tal-URL: 2009-11-05.
  20. ^ (Ingliż) Short Track Speed Skating entry list. 24-11-2009
  21. ^ (Ingliż) Tashi and Jamyang qualify for 2010 Olympic Winter Games. 18-03-2009
  22. ^ a b (Ingliż) Lambiel crushes competition at Nebelhorn
  23. ^ (Ingliż) North Korea – CTV Olympics. 22-01-2010
  24. ^ (Ingliż) Sports | Mongolia Web News
  25. ^ (Norveġiż) Anders Rekdal tatt ut til OL i Vancouver på overtid. 29-01-2010
  26. ^ (Olandiż) Genomineerden
  27. ^ (Pollakk) Wystartujemy w Vancouver. 19-03-2009
  28. ^ a b (Ingliż) Athletes : Vancouver 2010 Winter Olympics
  29. ^ (Ingliż) Vancouver 2010 Olympic Winter Games Qualifications | News | USA Luge. 27-01-2010
  30. ^ (Żvediż) OS-truppen komplett(erad) – Olympic Team complete(d). 01-12-2010
  31. ^ (Ingliż) Vancouver 2010 Olympic Competition Schedule (PDF)

Ħoloq esterni[editja]