Kwistjoni tal-Lingwa f'Malta
Dehra
Dan l-artiklu dwar l-istorja huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Kwistjoni tal-Lingwa kienet perjodu ta’ diżgwid fl-istorja ta’ Malta bejn is-snin 1878 u 1940, u ċċentrat madwar l-argument ta’ liema lingwa kellha tkun dik prinċipali fil-gżejjer Maltin bejn it-Taljan u l-Ingliż. Dan id-diżgwid wassal għal numru ta’ ġrajjiet u effetti storiċi li għenu sabiex jiġu ffurmati l-ewwel partiti politiċi f’Malta: il-Partit Riformista ta’ Sigismondo Savona, u l-Partito Anti Riformista ta’ Enrico Mizzi. Il-Partito Anti Riformista biddel ismu fl-1884 ghall-Partito Nazionale, illum Partit Nazzjonalista.