Julie Apap

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Julie Apap
Ħajja
Twelid 1948
Nazzjonalità Malta
Residenza L-Imsida
Mewt 15 Marzu 2011
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni artist taċ-ċeramika

Julie Apap (1948-15 ta' Marzu 2011)[1] kienet ċeramista Maltija bbażata fl-Imsida, Malta. Matul il-karriera tagħha, hija ħadet sehem f’wirjiet f'Malta, fl-Istati Uniti, fl-Eġittu u fil-Kroazja.[2] Hija studjat is-sengħa taċ-ċeramika fl-Ingilterra u f'Malta u wara għallmet is-suġġett fi skola sekondarja u fl-istudjo tagħha stess, The Pot Studio fl-Imsida. [3] L-istudjo kien ċentru għal numru ta’ ċeramisti nisa bbażati f’Malta matul is-snin 2000.[4][5]

Wirjiet[immodifika | immodifika s-sors]

Bejn l-1990 u l-2006, Julie Apap ipparteċipat f'varjetà ta' wirjiet individwali u fi gruppi, inkluż: Wirja f'Grupp fil-Mużew tal-Katidral tal-Imdina, Seba' Nisa - Seba' Tempji fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija[6], Wirja Kollettiva fil-California Institute of Integral Studies (California, l-Istati Uniti), Hypogeum fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija (il-Belt Valletta) u Lilliput Ceramics - wirja kollettiva (Żagreb, il-Kroazja). Fis-sena 2000 ħadet sehem fil-Ħames Biennali tal-Kajr għaċ-Ċeramika Internazzjonali (l-Eġittu). [7][8]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Malta Today
  2. ^ "julie apap". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-18. Miġbur 2021-03-05.
  3. ^ obituary julie apap ceramicist
  4. ^ "Clay art". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-05. Miġbur 2021-03-05.
  5. ^ Love of nature and the ‘primitive’
  6. ^ Prehistoric Malta and Contemporary Art
  7. ^ "julieapap.com". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-18. Miġbur 2021-03-05.
  8. ^ collective ceramics exhibition 2008