Aqbeż għall-kontentut

Grammatika Maltija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa


Din għandha tkun paġna ta' referenza għall-grammatika Maltija. Biex titħaddet fuq il-grammatika Maltija mur fuq il-paġna tad-diskussjoni.

L-Ortografija

[immodifika | immodifika s-sors]

L-alfabett Malti fih 30 ittra, li 6 huma vokali u 24 konsonanti. Dawn huma:

A B Ċ D E F Ġ G H Ħ I IE J K L M N O P Q R S T U V W X Ż Z
a b ċ d e f ġ g h ħ i ie j k l m n o p q r s t u v w x ż z

L-istorja tal-alfabett hi kkaratterizzata mhux biss minn varjetà ta' simboli għal kull ittra, imma wkoll minn varjazzjoni fl-ordni tal-ittri. Waħda mill-bidliet fis-sekwenza hija tal-ittra Għ li, minflok bejn il-G u l-H, tiġi bejn in-N u l-O.

ara Lingwa Maltija.

A/a, E/e, I/i, O/o, U/u, IE/ie

Il-vokali tal-leħen

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-vokali tal-leħen tidħol f’kelma biex inkunu nistgħu nlissnuha tajjeb. Din tidħol quddiem :

  • konsonanti likwida (l, m, n, r, għ), eżempji:

ilbiesi, nilabu, nisirqu.

  • quddiem konsonanti mtennija

ridt iddur, riedet iddawwar, irrid immur

  • plurali ta’ sillaba waħda meta nużawhom ma’ Kliem il-Għadd (in-numri) minn 2 sa 10,

eżempji : żewġt itfal tlitt ibniet erbat iħbieb ħamest idjar sebat ibliet tmint ifran disat iklieb għaxart iħmir

  • ‘s’ jew ‘x’ meta jinzertaw ħdejn konsonanti oħra u jkollhom l-artiklu, eżempji:

l-iskola, l-ixkupi, l-istejjer.

Il-vokali fil-bidu

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-vokali fin-nofs

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-konsonanti

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-konsonanti huma 24:
b, ċ, d, f, ġ, g, għ, ħ, h, j, k, l, m, n, p, q, r, s, t, v, w, x, ż, z

Fil-Malti l-konsonanti huma importanti għax jifformaw l-għerq tal-kelma.
Eż. raġel għandha għerq r - ġ - l.

Il-konsonanti jistgħu jkunu:

  • Sħaħ jew li ma jistgħux jitbiddlu. Dawn huma:

l-konsonanti kollha barra 'j' u 'w'

  • Dgħajfin jew li jistgħu jitbiddlu.

Dawn huma 'j' u 'w'

  • Xemxin jew dawk li jassimilaw l-artiklu. Dawn huma 9:

ċ, d, n, r, s, t, x, ż, z

  • Qamrin jew dawk li ma jassimilawx l-artiklu. Dawn huma 15:

b, f, ġ, g, għ, ħ, h, j, k, l, m, p, q, v, w

  • Rotob jew dawk li jitlissnu bil-ħlewwa. Dawn huma 8:

ċ, f, h, k, p, s, t, x

  • Qawwija jew dawk li jitlissnu bil-qawwa. Dawn huma 8:

b, d, ġ, g, għ, v, ż

  • Likwidi jew dawk li xi drabi jieħdu l-vokali ewfonika. Dawn huma 5:

l, m, n, r, għ.

Assimilazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Assimilazzjoni issehh meta konsononati jinstemgħu mod differenti milli kif jinkitbu. L-assimilazzjoni tal konsonanti tinqasam fi tnejn : Shiha ; meta l-assimilazzjoni tkun tidher, ezempju : ix-xemx mhux il-xemx ghax 'x' hija konsonanta xemxija Parzjali ; Meta il-bidla tkun tinstema` biss u ma tinkitibx Din tinqasam fi tnejn : Rigressiva ; meta l-ittra ta` wara tinfluwenza lil dik ta` quddiema u ghalhekk tinstema mod iehor ez : dħul tinstema tħul Progressiva ; meta l-ittra ta` quddiem tinfluwenza lil dik ta warajha u tbiddel il-hoss ez : ġkieket .instema ġgieget

Il-punteġġatura

[immodifika | immodifika s-sors]

Tipoloġija tal-verb

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-modi tal-verb

[immodifika | immodifika s-sors]

It-tempijiet tal-verb

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1. Kiser, Rikeb, Feraħ, Ħarab, Xorob.
  • 2. Kisser, Xemmex, Kerrah (NB h mhux ħ)
  • 3. Bieraħ, Qarar, Bierek, Fiehem, Qiegħed
  • 4. M'hemmx iktar
  • 5. Tkisser, ixxemmex
  • 6. Tbierek, tqârar, tqiegħed
  • 7. Nkiser, ntrabat, nxtamm
  • 8. Ltaqa'
  • 9. Sfar, Sbieħ, Twal, Qsar, Qriegħ, Ħdar, Ċkien
  • 10. staħba, stħarreġ, stkerrah (NB h mhux ħ)

Kif tiftakarhom?

  • 1. kollha verbi ewlenien
  • 2. it-tieni konsonanti tal verb ewlieni mtennija (mtwala) [tieni - zewġ ittri]
  • 3. l-ewwel vokali tal-verb ewlieni mtawla f’ ie jew a [tielet - bierah]
  • 4. M'hemmx iktar
  • 5. Inzidu ‘t’ fil-bidu tat-tieni forma.
    Jekk il-verb jibda b’dawn il-konsonanti : ċ, d, ġ, s, x, z, ż bit tikka, it-t tinbidel u ssir bħalhom
  • 6. Inzidu ‘t’ fil-bidu tat-tielet forma.
    Jekk il-verb jibda bil-konsonanti 'ċ, d, ġ, s, x, z, ż, [sitt - t] it-t tinbidel u ssir bħalhom
  • 7. Inzidu ‘n’ jew ‘nt’ ma’ l-ewlieni.
    Il-konsonanti ‘n’ u ‘t’ jinfirdu meta l-ewwel konsonanti tkun ‘s’ jew [seven - n]
  • 8. Inzidu ‘t’ wara l-ewwel konsonanti tal-għerq.
    Tgħallem għazel bejn ftiehem tas-sitt forma u ftehem tat-tmien forma.
  • 9. Titnissel minn aġġettivi biss u jkollha sillaba waħda b’vokali twila.
  • 10. Inzidu ‘st’ ma’ l-ewlieni jew it-tieni forma. Xi wħud huma mnissla minn nomi.

Il-konjugazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-verbi irregolari

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-verbi irregolari huma dawk li ma jimxux għal kollox mal-konjugazzjoni tal-verbi l-oħra sħabhom. Dawn huma: ġie, kiel, ra, ħa, idda, emmen, mar, iżża, ta, qal, jaf, kellu, waqaf, jisem. [1]

(1) ta
Imperfett: nagħti, tagħti, jagħti, tagħti, nagħtu, tagħtu, jagħtu.
Perfett: tajt, tajt, ta, tat, tajna, tajtu, taw.
Imperattiv: agħti, agħtu.
Partiċipju Passat: mogħti, mogħtija, mogħtijin.

Is-7 forma:
Imperfett: ningħata, tingħata, jingħata, tingħata, ningħataw, tingħataw, jingħataw
Perfett: ingħatajt, ingħatajt, ingħata, ingħatat, ingħatajna, ingħatajtu, ingħataw.

(2) ħa
Imperfett: nieħu, tieħu, jieħu, tieħu, nieħdu, tieħdu, jieħdu.
Perfett: ħadt, ħadt, ħa, ħadet, ħadna, ħadtu, ħadu.
Imperattiv: ħu, ħudu.
Partiċipju Passat: meħud, meħuda, meħudin

(3) ra
Imperfett: nara, tara, jara, tara, jaraw, taraw, jaraw.
Perfett: rajt, rajt, ra, rat, rajna, rajtu, raw.
Imperattiv: ara, araw.
Partiċipju Passat: (perifrastiku) milmuħ, milmuħa, milmuħin p.p. ta' lemaħ

(4) qal
Imperfett: ngħid, tgħid, jgħid, tgħid, ngħidu, tgħidu, jgħidu.
Perfett: għedt, għedt, qal, qalet, għedna, għedtu, qalu.
Imperattiv: għid, għidu.
Partiċipju Passat: ????

(5) ġie
Imperfett: niġi, tiġi, jiġi, tiġi, jiġu, tiġu, jiġu.
Perfett: ġejt, ġejt, ġie, ġiet. ġejna, ġejtu, ġew.
Imperattiv: ejja, ejjew.
Partiċipju Passat:
Partiċipju Attiv: ġej, ġejja, ġejjin

(6) mar
Imperfett: immur, tmur, jmur, tmur, immorru, tmorru, immoru.
Perfett: mort, mort, mar, marret, morna, mortu, marru.
Imperattiv: mur, morru.
Partiċipju Passat:

(7) idda
Imperfett: niddi, tiddi, jiddi, tiddi, niddu, tiddu, jiddu.
Perfett: iddejt, iddejt, idda, iddiet, iddejna, iddejtu, iddew.
Imperattiv: iddi, iddu.
Partiċipju Passat:

(8) iżża
Imperfett: niżżi, tiżżi, jiżżi, tiżżi, niżżu, tiżżu, jiżżu.
Perfett: iżżejt, iżżejt, iżża, iżżiet, iżżejn, iżżejtu, iżżew.
Imperattiv: iżżi, iżżu.
Partiċipju Passat: miżżi, miżżija, miżżijin ????

(9) emmen
Imperfett: nemmen, temmen, jemmen, temmen, nemmnu, temmnu, jemmnu.
Perfett: emmint, emmint, emmen, emmnet, emminna, emmintu, emmnu.
Imperattiv: emmen, emmnu.
Partiċipju Passat: emmnut, emmnuta, emmnuti

(10) kellu
Imperfett: ikolli, ikollok, ikollu, ikollha, ikollna, ikollkom, ikollhom.
Perfett: kelli, kellek, kellu, kellha, kellna, kellkom, kellhom.
Imperattiv:
Partiċipju Passat:

(11) waqaf

Imperfett: nieqaf, tieqaf, jieqaf, tieqaf, nieqfu, tieqfu, jieqfu.
Perfett: waqaft, waqaft, waqaf, waqfet, waqafna, waqaftu, waqfu.
Imperattiv: ieqaf, ieqfu.
Partiċipju Passat: imwaqqaf, imwaqqfa, imwaqqfin.

(12) jisem

(13) kiel
Imperfett: niekol, tiekol, jiekol, tiekol, jieklu, tieklu, jieklu.
Perfett: kilt, kilt, kiel, kielet. kilna, kiltu, kiltu.
Imperattiv: kul, kulu.
Partiċipju Passat: mikul, mikula, mikulin

Pronomi Pronomi Magħżulin huma dawn - Jiena, inti, hija, huwa, ahna, intom, huma. pronomi Mehmużin

  1. ^ ġie, kiel, ra, ħa, idda u emmen tilfu l-alif.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Borg, Albert u Marie Azzopardi-Alexander (1997) Maltese, Descriptive Grammars
  • Cachia, Lawrenz (1994) Grammatika ġdida tal-Malti: Veritas Press.
  • Cassola, Albert (1979) Maltese in easy stages: grammar for beginners; with exercises and their keys, a glossary and vocabulary Valetta: Progress Press.
  • Cini, Lewis (1964) Gramatiċi Maltin, University of Malta B.A. thesis.
  • Cremona, Ninu u Ġanni Vassalo (1924) Tagħrif fuq il-Kitba Maltija
  • Cremona, Ninu (1929) A Manual of Maltese Orthography and Grammar, Valletta: Empire Press
  • F. Sutcliffe, Edmund (1936) A grammar of the Maltese language with chrestomathy and vocabulary, London: Oxford University Press.
  • Grech, Henry (1960/1967) Grammatika tal-Malti, Malta: De La Salle Brothers Publications
  • Panzavecchia, Fortunato (1845) Grammatica della lingua Maltese. Spiegata secondo i principj delle lingale orientali e della lingua italiana, Malta: Weiss.
  • Vassalli, Mikiel Anton (1791) Mylsen Phoenico-Punicum, sive, Grammatica Melitensis, Selbstverl.
  • Vassalli, Mikiel Anton (1827) Grammatica della lingua Maltese
  • Vella, Francis (1831) Maltese grammar for the use of the English, Leghorn: stampat minn Glaucus Masi.