Giovanna Garzoni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Natura mewta b'skutella mimlija tronġ, tempera fuq il-parċmina, (1640)
Ritratt ta' Amedeo I ta' Savojja

Giovanna Garzoni (Ascoli Piceno, 1600Ruma, 1670) kienet pittriċi Taljan tas-seklu 17 tal-iskola Naplitana, li speċjalizzat fin-natura mejta.

Bijografija[editja]

Giovanna Garzoni kienet pittriċi Taljana tal-epoka Barokka. Is-suġġetti tagħha kienu primarjament dekorattivi (naturi mejtin bil-frott, ħxejjex u fjuri). Il-formazzjoni tagħha ħaditha taħt pittur mhux magħruf minn belt twelidha, Ascoli Piceno. Malajr għamlet suċċess f'Ruma, Venezja, Firenze (1642–1651), Napli u Turin. Kienet imdaħħla maċ-ċirku Cassiano dal Pozzo. F'Turin kienet fis-servizz ta' Karlu Emmanwel II ta' Savojja. Fl-1650 marret lura u fl-1666, Garzoni ħalliet ġidha kollu lill-għaqda Rumana tal-pittura, l-Accademia di San Luca, bil-kundizzjoni li jibnulha qabar fil-knisja ta' Santi Luca e Martina. Dan il-qabar monumentali, iddisinjat minn Mattia de Rossi, jinsab fuq il-lemin meta tidħol fil-knisja.

X'aktarx f'Napli, kienet influwenzata min-natura mejta ta' Giovanni Battista Ruoppolo u tal-kontemporanji tagħha Jacopo Ligozzi u l-pittriċi Fede Galizia.

Xogħlijiet[editja]

  • Natura mewta b'skutella mimlija tronġ, tempera fuq it-tila, (1640)
  • Ritratt ta' Amedeo I ta' Savojja

Biblijografija[editja]

  • Elena Fumagalli, Still Lifes - Giovanna Garzoni, Bibliotheque de l'Image, 2000, ISBN-10: 290980884X, ISBN-13: 978-2909808840

Ħoloq esterni[editja]