Fariżej

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Fariżej kienu setta reliġjuża Lhudija li bdiet min grupp magħruf bħala l-Hassidim.

Twemmin[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fariżej kienu jemmnu fill-qawma mill-imwiet u l-immortalità tar-ruħ, l-anġli, l-importanza tal-Liġi ta’ Mose’ u r-riti marbuta magħha. Minkejja li fit-Testment il-Ġdid jidhru f’dell ikrah, it-tagħlim tagħhom kien jixbah lil dak ta’ Ġesù. Għalhekk il-kritika ta’ Ġesù hi aktarx immirata lejn l-imġiba aktar milli lejn it-twemmin tagħhom, l-aktar lejn il-mod kif kienu jinterpretaw il-liġi. Wara l-waqgħa ta’ Ġerusalemm u b’mod speċjali wara l-qerda tat-Tempju, kienet it-tradizzjoni Fariżajka li żammet it-twemmin Lhudi magħqud, u nistgħu ngħidu li l-Ġudaiżmu modern jaf l-oriġini tiegħu lil dan il-moviment importanti.