Enya

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Enyasweet.jpg

Eithne Patricia Ní Bhraonáin (Gweedore, 17 ta' Mejju 1961), magħrufha aħjar bħala Enya, hija kantanta, mużiċista u kompożitriċi Irlandiża. Isimha ħafna drabi huwa ppreżentat fil-medja bħala Enya Breenan; Enya huwa tranżliterazzjoni approsimittiva ta' kif Eithne (isem bl-Irlandiż) huwa pronunzjat fil-lingwa Irlandiża, il-lingwa nattiva tagħha.

Il-karriera mużikali tagħha bdiet fl-1980, meta għal ftit ingħaqdet mal-grupp Clannad, qabel ma ħalliet 'l-grupp biex tibda karriera bħala solista. L-album tagħha Watermark, li ħareġ fl-1988, irnexxielha jwassalha għar-rikonoxximent internazzjonali u Enya saret magħrufha għall-ħoss uniku tagħha, li kien karatterizzat minn melodiji folkloristiċi, u diversi tipi oħra ta' ħsejjes.

Matul is-snin disgħin u l-bidu tal-millenju, Enya kompliet tgawdi s-suċċess; l-album tagħha A Day Without Rain (2000) irnexxielu jbigħ 15-il miljun kopja u hi ġiet imsejħa bħala l-ikbar artista femminili li biegħet diski fl-2001. Fl-Irlanda, hi hi l-iktar artista solista li biegħet kopji u hi uffiċjalment it-tieni l-ikbar esportatriċi ta' mużika f'pajjiżha wara l-grupp U2. Iċ-ċifra ta' kopji tal-albums tagħha jammontaw għal 70 miljun sal-2009, b'iktar minn 26 miljun ikunu mill-Istati Uniti. Ix-xogħol tagħha wassalha għal erba' Grammys u nominazzjoni għall-Academy Award.

Ħoloq esterni[editja]