Emma Andrijewska

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Emma Andrijewska
Ħajja
Twelid Donetsk, 19 Marzu 1931 (93 sena)
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Stati Uniti tal-Amerka
Familja
Konjuga/i Ivan Koshelivets
Edukazzjoni
Alma mater Università Ħielsa Ukrena
Lingwi Ukren
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurnalist
poeta
pittur
kittieb
prożatur
Post tax-xogħol Munich
Premjijiet
Sħubija National Writers' Union of Ukraine (en) Translate
Moviment surrealiżmu
Moviment artistiku poeżija narrattiva
sonnet (en) Translate
novella
rumanz
ħrafa
pritcha

Emma Andrijewska, Emma Andijewska jew Emma Andiievska (bl-Ukren: Емма Андієвська; twieldet fid-19 ta' Marzu 1931 f'Stalino) hija poeta, kittieba u pittriċi moderna Ukrena. Ix-xogħlijiet tagħha huma ttimbrati bi stil surrealista. Uħud mix-xogħlijiet ta' Andijewska ġew tradotti bl-Ingliż u bil-Ġermaniż.[1][2][3] Andijewska tgħix u taħdem fi Munich, il-Ġermanja. Hija membru tal-unjoni nazzjonali tal-kittieba tal-Ukrajna, il-PEN Club Ukren, l-akkademja ħielsa fi Munich u l-assoċjazzjoni federali tal-artisti.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Emma Andijewska twieldet fid-19 ta' Marzu 1931 f'Donetsk. Missierha kien kimiku-inventur, u ommha kienet taħdem fl-agrikoltura. Emma Andiewska attendiet l-iskola okkażjonalment biss minħabba li spiss batiet minn mard qawwi, u b'hekk kellha titgħallem waħedha. Minħabba din il-morbidità fi tfulitha, il-familja tagħha ttrasferiet ruħha f'Vyshhorod fl-1937, u iktar 'il quddiem fi Kiev fl-1939. Missier Emma Andijewska nqatel b'tir mill-awtoritajiet Sovjetiċi biex ma jkunx jista' jittrasferixxi l-iskoperti tiegħu lill-Ġermaniżi.

Minħabba f'hekk, it-tfal u l-omm kellhom jitilqu lejn il-Ġermanja fl-1943. Il-familja għexet f'diversi bliet differenti fil-Ġermanja, inkluż f'Berlin f'żona okkupata mill-Ingliżi. Hemmhekk Emma Andijewska kienet f'qiegħ ta' sodda għal tliet snin minħabba li kienet marida bit-tuberkolożi li nfirxet mis-sinsla. Fl-aħħar tal-1949 il-familja ċċaqilqet lejn Mittenwald, u mbagħad lejn Munich.

Fl-1957 Andijewska ggradwat mill-Università Ħielsa Ukrena fi Munich u speċjalizzat fil-filosofija u fil-filoloġija. Fl-1957 il-familja kollha marret tgħix fil-Belt ta' New York, l-Istati Uniti. Fl-1962 Andijewska ngħatat iċ-ċittadinanza Amerikana. Fl-1959 iżżewġet lill-kritiku letterarju, is-saġġista u l-kittieb Ukren Ivan Koshelivets, u għexet flimkien miegħu għal erbgħin sena. Mill-1955 sal-1995 Andijewska ħadmet bħala xandara, xeneġġatriċi u l-editur tad-dipartiment Ukren tar-Radju Libertà fi Munich. Attwalment tgħix u taħdem fi Munich.

Stil[immodifika | immodifika s-sors]

Emma Andijewska spiss tiġi assoċjata mill-grupp ta' New York ta' kittieba Ukreni emigrati. Ix-xogħol tagħhom huwa kkaratterizzat mill-fatt li jkun purament estetiku u mhux politiku. Il-poeżija u l-proża ta' Andijewska sikwit issejħet surrealista. Hi tenfasizza r-rwol importanti tas-subkonxju fix-xogħol tagħha. L-ispiritwalità u l-mistiċiżmu huma aspetti importanti wkoll tal-kitba tagħha. Il-perspettiva dinjija ta' Andijewska hija kemxejn simili għall-ideat tal-Buddiżmu u ta' Carlos Castaneda.

Ix-xogħlijiet ta' Andijewska huma kumplessi u jirrikjedu li l-qarrej ikun erudit.

Premjijiet[immodifika | immodifika s-sors]

  • Il-Premju Antonovych (1983)
  • L-Ordni għall-kuraġġ intellettwali (2002)
  • Il-Premju Letterarju Internazzjonali "Triumph" (2003)
  • Hlodoskyi skarb (2009)
  • Il-Premju Nazzjonali ta' Shevchenko (2018)

Xogħlijiet letterarji[immodifika | immodifika s-sors]

Poeżija

  • Poeżija (1951)
  • Twelid tal-Idolu (1958)
  • Ħut u Dimensjoni (1961)
  • Irkejjen wara l-Ħajt (1963)
  • Elementi (1964)
  • Bażar (1967)
  • Kanzunetti mingħajr test (1968)
  • Xjenza fid-Dinja (1975)
  • Kafetterija (1983)
  • It-Tentazzjoni ta' Sant'Antnin (1985)
  • Viġilji (1987)
  • Il-Kumplessi Arkitettoniċi (1989)
  • Sinjali – Ix-Xorti (1995)
  • Art bejn ix-Xmajjar (1998)
  • Segmenti tal-Ħolm (1998)
  • Vilel tul Xatt il-Baħar (2000)
  • Attrazzjonijiet b'Orbiti u mingħajr (2000)
  • Il-Mewġiet (2002)
  • Il-Mossa tal-Kavallier (2004)
  • Il-Ħarsa mill-Irdum (2006)
  • Emisferi u Koni (2006)
  • Galdaruni Roża (2007)
  • Fulguriti (2008)
  • Idilli (2009)
  • Miraġġi (2009)
  • Mutanti (2010)
  • Koans Imkissrin (2011)
  • Bliet-Assi (2012)
  • Ħin bla Arloġġ (2013)
  • Pajsaġġi fil-Kxaxen (2015)

Stejjer qosra

  • Il-Vjaġġ (1955)
  • Tigri (1962)
  • Djalapita (1962)
  • Ħrejjef (2000)
  • Il-Problema tal-Moħħ (2000)

Rumanzi

  • Herostrats (1970)
  • Rumanz dwar Persuna Twajba (1973)
  • Rumanz dwar id-Destin Uman (1982)
  • Labirint (mhux komplut, frammenti ppubblikati fl-1988)

Xogħlijiet tradotti bl-Ingliż[immodifika | immodifika s-sors]

  • A Novel about a Good Person. Translated by Olha Rudakevych; b'introduzzjoni minn Marko Robert Stech. Edmonton; Toronto: CIUS Press, 2017. ISBN 9781894865494
  • Herstories: An Anthology Of New Ukrainian Women Prose Writers. Ikkompilat minn Michael M. Naydan. Glagoslav 2014. ISBN 9781909156012
  • Jalapita by Emma Andijewska (Roman Ivashkiv)
  • Emma Andijewska, The Melon Patch
  • "Bying a Demon", minn The Journey
  • Emma Andijewska, Tale about the Vampireling Who Fed on Human Will
  • Emma Andijewska, Tale about the Man Who Knew Doubt

Iktar qari[immodifika | immodifika s-sors]

  • Oberti A. Emma Andijewska // Arte Italiana per il Mondo. – Centro librario italiano s.a.s. di Carbone-Castorina & C – 1996, vol. 15, pp. 10150–10151.
  • Encyclopedia of Ukraine A–F. University of Toronto Press. Toronto Buffalo London 1984. p. 67. ISBN 0-8020-3362-8
  • Axel Alexander Ziese. Meister Bildender Künste. vol 4, pp. 251–258.
  • Danylo Husar Struk. A Novel about Human Destiny, or the Andiievska Chronicle. Journal of Ukrainian Studies 18 # 1–2 (Sajf-Xitwa 1993). pp. 151–160.
  • Danylo Husar Struk. Andiievska's Concept of Round Time. Canadian Slavonic Papers 27, no. 1 (Marzu 1985): 65–73.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Hans Thill (Hrsg.). Vorwärts, ihr Kampfschildkröten: Gedichte aus der Ukraine. Wunderhorn 2006. ISBN 3-88423-259-2.
  2. ^ "Emma Andijewska, The Melon Patch. Selections from Tyhry" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2008-05-13. Miġbur 2022-03-24.
  3. ^ "Emma Andijewska, Tale about the Vampireling Who Fed on Human Will" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-06-29. Miġbur 2022-03-24.