Eklissi solari
|
|
Dan l-artiklu dwar l-astronomija huwa abbozz. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|
Aħna naraw ix-Xemx u l-Qamar, bejn wieħed u ieħor, ta' l-istess qies. Iżda l-qamar hu xi 400 darba iżgħar mix-Xemx u wkoll 400 darba eqreb. Waqt eklissi totali tax-Xemx, il-qamar jgħatti il-fotosfera, b'hekk jinkixfu il-kromosfera u l-korona inviżibbli.
Kieku il-Qamar idur mad-Dinja bl-istess mod li hi ddur max-Xemx (ellitikku), l-eklissi totali tax-Xemx kienet issir kull darba li jkun hemm Qamar ġdid. Imma l-orbita Qamrija hija inklinata b'xi 5 gradi lejn l-elitiku, u għaldhekk il-Qamar kultant jgħaddi fuq u kultant taħt ix-Xemx. Biss meta l-Qamar jkun fl-istess pjan ellittiku tad-dinja f'qamar ġdid li eklissi solari tkun possibli li sseħħ.
L-orbiti tal-Art u l-Qamar mhumiex ċirkulari, għalhekk id-dijametri angulari tal-Qamar u x-Xemx li jidhru fis-sema jvvarjaw. Hekk xi minn daqqiet il-Qamar jidher iżgħar mix-Xemx u jkun hemm eklissi anilari; ċirku mill-fotosfera jdawwar l-Qamar u l-korona tax-Xemx ma tidhirx.
Il-korona solari tidher meta eklissi totali tax-Xemx isseħħ għal min josserva huwa possibli li jara eklissi totali tax-Xemx biss jekk ikun qiegħed taħt l-ombra ewlenija tal-qamar. Fid-dell penumbrali ikun possibli biss li wieħed jara eklissi parzjali tax-Xemx.
