Edward Snowden

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Edward Joseph Snowden

Edward Joseph Snowden (Elizabeth City, 21 ta' Ġunju 1983)[1] huwa informatiku Amerikan u eks-kuntrattur tekniku għall-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali (NSA) u l-Aġenzija Ċentrali tal-Intelliġenza (CIA) li ħareġ informazzjoni sensittiva tal-gvern Amerikan u Brittaniku lill-istampa.

Flimkien ma' Glenn Greenwald tal-gazzetta Ingliża The Guardian, li ppubblikat serje ta' exposés ibbażati fuq l-iżvelar ta' Snowden f'Ġunju tal-2013, Snowden żvela informazzjoni fuq varjetà ta' programmi ta' intelliġenza klassifikati, fosthom l-interċettazzjoni ta' metadati ta' telefonati Amerikani u Ewropej u l-programmi ta' sorveljanza elettronika PRISM u Tempora. Snowden irrimarka li dawn ir-rivelazzjonijiet kienu sforz "sabiex ninforma lill-pubbliku, fuq dak li jsir f'isimhom u dak li qed isir kontrihom."[2]

Nhar l-14 ta' Ġunju 2013, il-prosekuturi federali tal-Istati Uniti akkużaw lil Snowden bi spjunaġġ u serq ta' proprjetà governattiva.[3] Snowden kien ħalla l-Istati Uniti qabel il-pubblikazzjoni tar-rivelazzjonijiet tiegħu, l-ewwel lejn Ħong Kong u wara lejn ir-Russja, fejn irċieva ażil temporanju.

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Spencer Ackerman, Edward Snowden failed in attempt to join US army's elite special forces unit, The Guardian, 10 ta' Ġunju 2013. Aċċess tal-URL: 10 ta' Ġunju 2013.
  2. ^ (Ingliż) Barton Gellman, Aaron Blake, Greg Miller, Edward Snowden comes forward as source of NSA leaks, The Washington Post, 9 ta' Ġunju 2013. Aċċess tal-URL: 10 ta' Ġunju 2013.
  3. ^ (Ingliż) Peter Finn; Sari Horwitz, U.S. charges Snowden with espionage, The Washington Post, 21 ta' Ġunju 2013. Aċċess tal-URL: 21 ta' Ġunju 2013.

Ħoloq esterni[editja]