Diana Gurtskaya

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Diana Gurtskaya fil-Festival tal-Eurovision 2008, Belgrad.

Diana Gurtskaya (Sukhumi, 2 ta' Lulju 1979) hi kantanta għamja mill-Ġeorġja u tgħix f'Moska, fir-Russja. Fl-1 ta' Marzu 2008, Diana rebħet il-finali nazzjonali b'39.4% tal-voti, biex b'hekk ingħatat id-dritt li tirrapreżenta lill-Ġeorġja fil-Festival tal-Eurovision 2008 f'Belgrad, is-Serbja. Hi rebħet post fil-finali wara li kkwalifikat mit-tieni semifinali tat-22 ta' Mejju, u ġiet fil-ħdax-il post.

Gurtskaya għandha numru ta' unuri importanti għal dak li għamlet. Fost l-aktar prominenti, l-unur fl-2007 tal-aktar Artista Russa ta' Unur li ngħata mill-president Vladimir Putin, Midalja tal-Unur mogħtija mill-president tal-Ġeorġja Mikheil Saakashvili, u l-Unur ta' Santa Barbara fl-Ukrajna.[1]

Hi rrikordjat dwetti ma' kantanti famużi barranin bħal Ray Charles, Toto Cutugno u Demis Roussos.[1]

Diskografija[editja]

  • 2000 – Ty zdes
  • 2002 – Ty znaeš, мама...
  • 2003 – Ja jlublju na vseh
  • 2005 – Nežnaja

Referenzi[editja]

Ħoloq esterni[editja]