Brimba

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Brimba
Firxa tal-fossili: Pennsylvanjan sa Riċenti
Orb weaver black bckgrnd03 crop.jpg
Brimba tal-familja Araneidae
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Arthropoda
Sottophylum: Chelicerata
Klassi: Arachnida
Ordni: Araneae
Clerck, 1757
Sottordnijiet

Mesothelae
Mygalomorphae
Araneomorphae
 

Il-brimb huma predaturi invertebrati bi tmien saqajn, b'ġisem maqsum fi tnejn, mingħajr apparat ta' tagħmid fil-ħalq u mingħajr ġwienaħ. Huma jinsabu ikklassifikati fl-ordni Araneae, wieħed mill-ħafna ordnijiet fi ħdan il-klassi l-kbira tal-Araknidi, grupp li jinkludi ukoll lill-iskorpjuni fost oħrajn. L-istudju tal-brimb huwa magħruf bħala l-Araknoloġija.

Il-brimb kollu jipproduċi l-ħarir, li huwa proteina irqiqa u b'saħħitha, li toħroġ bħala ħajta minn apparat speċjali fin-naħa t'isfel tal-abdome (żaqq). Ħafna speċi ta' brimb jużaw dan il-ħarir sabiex jagħmlu l-għanqbuta tagħhom ħalli b'hekk ikunu jistgħu jaqbdu insetti oħra għall-ikel, iżda nsibu brimb ieħor li huwa kapaċi jikkaċċja għall-ikel b'mod ħieles, mingħajr l-użu tal-għanqbuta. Il-ħarir jintuża wkoll sabiex il-brimb ikun jista' jitla' ma' superfiċi għoljin, biex jikkrea ħitan lixxi fejn ikun jista' jqiegħed il-bejta, biex jibnu l-boroż għall-bajd, biex iżomm l-isperma, u biex jorbot il-preda, fost ħafna użi oħrajn.

Huma 150 speċi ta' brimb biss (fil-familji Uloboridae u Holarchaeidae, u fis-subordni Mesothelae), li jistgħu jinġettaw il-velenu għall-protezzjoni tagħhom stess jonkella biex joqtlu u jħollu l-preda. Xi 200 speċi biss, iżda, għandhom gdim li jista' jikkawża problemi ta' saħħa fil-bniedem. Ħafna gidmiet ta' brimb jista' jikkawża l-uġigħ, imma fl-aħħar mill-aħħar dan il-gdim ma jwassalx għal sitwazzjonijiet fatali.