Audi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Audi AG hi manifattur Ġermaniż tal-karozzi, bi prodotti li jvarjaw minn supermini sa crossover SUVs, bi stili varji u prezzijiet differenti, irreklamati taħt id-ditta Audi, meqjusa bħala l-iprem ditta fi ħdan il-Volkswagen Group.[1]

Il-kwartieri tal-kumpanija jinsabu f'Ingolstadt, fil-Ġermanja. Audi ilha proprjetà sussidarja (99.55%)[2] ta' Volkswagen AG mill-1966, wara x-xiri gradwali tal-predeċessur tagħha, Auto Union, mill-eks-sid tagħha, Daimler-Benz. Volkswagen irrilanċjat id-ditta Audi fl-1965 bit-tnedija tas-serje Audi F103.

L-isem tal-kumpanija huwa derivat mill-kunjom tal-fundatur August Horch, li s-sinifikat tiegħu bil-Ġermaniż hu isma', u li t-traduzzjoni tiegħu bil-Latin issir Audi. L-erba' ċrieki fil-logo jirrapreżentaw kull waħda mill-kumpaniji li ngħaqdu flimkien biex twaqqfet id-ditta.

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Audi selected as the most creative premium brand in HORIZONT ranking. Oneighturbo.com, 10 ta' Diċembru 2009. Aċċess tal-URL: 12 ta' Marzu 2011.
  2. ^ (Ingliż) List of Shareholdings in accordance with sections 285 and 313 of the HGB of Volkswagen AG and the Volkswagen Group as of December 31, 2009 (PDF). Volkswagen AG, 31 ta' Diċembru 2009. Aċċess tal-URL: 11 ta' Diċembru 2010.

Ħoloq esterni[editja]