Unguligrad
Unguligrad huwa annimal li joqgħod wieqaf u li jimxi bil-piż ta' ġismu fuq il-ponot jew fuq it-truf tas-swaba biss, imserrħin jew imissu mal-art (lokomozzjoni unguligradali) u dawn jinkludu iż-żwiemel, iċ-ċriev u ħafna mammiferi oħra. Ġeneralment dawn l-annimali huma ħafna aktar ħfief fil-movimenti tagħhom minn annimali b'lokomozzjoni plantigradali.
Filwaqt li diġitigrad normalment joqgħod wieqaf u jimxi fuq il-falanġi distali jew distali u l-falangi intermedji jew falanġi tan-nofs imserrħin jew imissu ma' l-art, l-unguligrad joqgħod wieqaf u jimxi bit-truf jew bil-ponot biss tad-distali, imserrħin jew imissu ma' l-art.
It-truf tad-distali ta' dawn l-annimali, normalment ikunu jserħu fuq difer (struttura mmkabbra mill-ġilda, magħmula mil-keratina u mhux mill-materjal tal-għadam). Id-difer huwa magħmul minn 2 partijiet l-unguis u s-subunguis u fl-annimali unguligradi l-unguis tagħti kompletament is-subunguis minnbarra it-tarf fil-ponta tas-seba.
Lokomozzjoni unguligradali hija tip ta' lokomozzjoni meqjusa bħala waħda speċjaliżata jew evoluta aktar minn lokomozzjoni plantiigradali. Peress li s-superfiċi li tmiss ma' l-art u li trid tinqata minn ma' l-art hija ġeneralment żgħira ħafna, u minnħabba ukoll li t-tul tas-sieq huwa ħafna aktar, hemm tendenza, li bil-lokomozzjoni unguligradali, l-movimenti jkunu ta' ħeffa ħafna akbar.
Eżempji ta' annimali Unguligradi
[immodifika | immodifika s-sors]Ara ukoll
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Yes, the Shin Bone Is Connected to the Ankle Bone
- Saqajn, Idejn u Lokomozzjoni Kursorja. Myers, P., R. Espinosa, C. S. Parr, T. Jones, G. S. Hammond, and T. A. Dewey. 2006. The Animal Diversity Web (online).
- DeBlase, A. F., and R. E. Martin. 1981. A manual of mammalogy. Second Edition. Wm. C. Brown, Publishers. Dubuque, Iowa. xii+436 pp.
- Hildebrand, M. 1974. Analysis of Vertebrate Structure. John Wiley & Sons, Inc, New York. xv+710 pp.
- Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Harcourt Brace Jovanovich, Publishers, Orlando Fl. vii+576 pp.