Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill, 1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray, 1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae (Gray, 1821) |
Ġeneru: | Thylamys (Gray, 1843) |
Speċi: | T. tatei |
Isem binominali | |
Thylamys tatei (Handley, 1957) | |
Firxa ta' Thylamys tate |
L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate, magħruf xjentifikament bħala Thylamys tatei, huwa mammiferu marsupjal tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix mal-art), b'abitudni notturna (attiv bil-lejl).
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate huwa marsupjal b'dieta primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden huma nklużi fid-dieta wkoll.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Thylamys tatei huwa speċi b'distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa fil-Perù u endemika ta' dan il-pajjiż.
Klassifikazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Thylamyini
- Ġeneru Thylamys
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate, Thylamys tatei
- Ġeneru Thylamys
- Tribù Thylamyini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Infonatura sit b'informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel inklużi l-marsupjali tal-ġeneru Thylamys