Eurotamandua
Eurotamandua Firxa tal-fossili: Eoċen kmieni san-nofs | |
---|---|
Eurotamandua joresi | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | †Afredentata |
Familja: | †Eurotamanduidae |
Ġeneru: | †Eurotamandua |
L-Eurotamandua (Tamandua Ewropew) huwa pangolin estint li kien twil madwar 90 ċentimetru jew 3 piedi. Oriġinarjament, l-ewwel darba li kien ġie skopert, ix-xjentisti ħasbu li kien xi speċi ta' bunemmiel Amerikan jew kif inhuma magħrufin ukoll wikkiela n-nemmel Amerikani, dan kollu 'l għaliex ma kellux il-karatteristika ewlenija tal-pangolini, l-iskalji magħmulin mix-xagħar iċċementat flimkien. B'hekk wara eżaminazzjoni aktar fir-reqqa meta nstab li t-tamandua Ewropew ma kellux il-karatteristika ewlenija jew primarja tal-ksenartrani ("xenarthrans"), 'il hekk imsejħa ġogi ksenartrani misjuba fil-mammiferi kollha tal-ordijiet Cingulata u Pilosa.
L-Eurotamandua kien wieħed mill-ewwel speċi membri tal-familja Manidae, u għalkemm minn naħa ma kellux l-iskalji minn naħa l-oħra kellu l-kumplament tal-karatteristiċi kollha l-oħra tal-pangolini: dwiefer twal, denb twil, wiċċ tawwali u l-istess ilsien twil u jwaħħal. Presumibilment dan kien jiekol in-nemel u t-termiti bħal pangolini ukoll.
L-Eurotamandua issemma hekk minħabba ix-xebħ kbir li hemm mal-bunemmiela Amerikani moderni tas-siġar tal-ġeneru Tamandua. Minkejja li t-Tamandua Ewropew huwa l-aktar pangolin anatomikament primittiv, dan mhuwiex l-antenat tal-pangolini moderni, għax il-pangolin tal-Eoċen tal-ġeneru Eomanis kien kontemporanju tiegħu. Huwa mifhum li Eomanis u Eurotamandua bħala ġeneri nfirdu mill-antenat komuni tagħhom, jew tard fil-Paleoċen, jew kmieni fl-Eoċen.
Kultura popolari
[immodifika | immodifika s-sors]It-Tamanduwa Ewropew deher għal ftit ħin fl-ewwel episodju tas-sensiela Walking with Beasts u kien użat tamanduwa Amerikan.