Aqbeż għall-kontentut

Sorċid

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Sorċid
Soricidae spp.
Sorex araneus (quddiem) u Crocidura russula (fl-isfond)
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: * Crocidurinae
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Laurasiatheria
Ordni: Soricomorpha
Familja: Soricidae
G. Fischer, 1814

Is-Sriċed jew Sorċidi (Soricidae) huma familja ta' mammiferi sorikomorfi msejħin komunement ġrieden ta' ġeddumhom twil jew ġrieden ta' ħalqhom twil.[1])

Is-sriċed huma mammiferi żgħar li jixbħu l-ġurdien, jiġu mit-talpa u huma karatterizzati b'geddum twil bil-ponta u suf artab u bellusi ta' lewn kannella-griż. Għalkemm minn barra jidher qisu ġurdien b'imnieħru twil, is-sorċid mhuwiex roditur: il-familja tas-sriċed tappartieni għall-ordni tas-sorikomorfi. Is-sriċed għandhom ħames swaba' f'saqjhom waqt li r-rodituri għandhom erbgħa. Ma rridux inħalltuhom mat-Tupaiidae u Macroscelididae li jappartienu għall-ordnijiet oħra.

Is-sriċed huma żgħar, il-parti l-kbira huma daqs ġurdien. L-ikbar speċi hi dik tas-Suncus murinus tal-Asja tropikali li huma 15 ċm twal u jiżnu 100 gramma, waqt li l-iżgħar hi dik tas-Suncus etruscus li huma 3.5 ċm twal u jiżnu 2 grammi u li huma l-iżgħar mammiferi ħajjin li nafu bihom.

L-10% tal-massa tas-sriċed hi kkonċentrata f'moħħu, u għalhekk għandu rapport moħħ/massa tal-ġisem relattivament għoli.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sriċed huma mifruxin ma' kważi d-dinja kollha, barra Ginea l-Ġdida, l-Awstralja u New Zealand, waqt li fl-Amerika t'Isfel jgħixu biss fil-parti tat-Tramuntana. Il-familja tas-sriċed fiha xi 376 speċi, ir-raba' l-ikbar numru fost il-mammiferi, wara il-Muridae, Cricetidae u Vespertilionidae.

Ġeneralment is-sriċed huma annimali tal-art li jieklu ż-żerriegħa, insetti, dud u varjetà kbira ta' ikel fil-weraq u l-veġetazzjoni folta, oħrajn jispeċjalizzaw f'li jixxabtu mas-siġar jew jgħixu taħt l-art jew taħt il-borra jew isibu l-ikel mill-ilma.

Għandhom għajnejhom żgħar, imma jisimgħu u jxommu ħafna. Huma attivi żafna u jieklu ħafna, b'metaboliżmu għoli iżjed mis-soltu. Is-sriċed kuljum jieklu kwantità ta' ikel ekwivalenti għal 80-90% tat-toqol ta' ġisimhom. Ma jibernawx.

Waqt li r-rodituri għandhom inċisivi li jibqgħu jikbru matul ħajjithom kollha, snien is-sriċed jittiklulhom il-ħin kollu, problema kbira għalihom għax jitilfu s-snien tal-ħalib qabel jitwieldu u hekk ikollhom sett wieħed biss x'jużaw.

Is-sriċed jiddefendu t-territorju tagħhom: ikeċċu l-għedewwa u jaċċettaw il-kumpanija biex jgħammru biss. Ħafna jħaffru taħt l-art biex jaħżnu l-ikel jew biex jaħarbu mill-predaturi.

Il-mara tista' twelled għaxar darbiet fis-sena, it-tqala tieħu minn 17 sa 32 jum. Il-mara spiss tibqa' tqila fil-jiem wara li twelled u bil-ħalib matul it-tqala, u l-frieħ jinfatmu meta jitwieled il-boton ta' wara. Is-sriċed għandhom għomor medju ta' bejn 12 u 30 xahar.

Is-sriċed għandhom karatteristiċi mhux tas-soltu għall-mammiferi: xi speċi huma velenużi waqt li oħrjan jużaw l-ekolokazzjoni, kif jagħmlu l-friefet il-lejl u l-balieni bis-snien. Kontra l-parti l-kbira tal-mammiferi, dawn huma mogħnija bl-għadam żigomatiku.

Hemm 376 speċi ta' sriċed f'26 ġeneru, miġburin fi tliet sottofamilji: Crocidurinae, Myosoricinae u Soricinae. Barra minn hekk il-familja fiha wkoll is-sottofamilji estinti Limnoecinae, Crocidosoricinae, Allosoricinae u Heterosoricinae.

Speċi li jgħixu f'Malta u Għawdex

[immodifika | immodifika s-sors]

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ F'Malta u Għawdex jgħixu żewġ speċi: Crocidura sicula (Ġurdien ta' geddumu twil) u Suncus etruscus (Ġurdien ta' ħalqu twil). Però l-ismijiet bil-Malti mhux dejjem konsistenti u jistgħu jinqalbu jew jintużaw għat-tnejn.