Aqbeż għall-kontentut

Skjavitù

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Skjav)
Skjav f'Żanżibar fis-seklu dsatax.

L-iskjavitù, magħruf ukoll bħala l-jasar, hu sistema fejn persuni huma ttrattati bħala proprjetà li jiġu mixtrija u mibjugħa, u huma sfurzati li jaħdmu. Skjavi jistgħu jinżammu kontra r-rieda tagħhom mill-mument tal-qabda tagħhom, xiri jew twelid, u huma jiġu mċaħħda mid-dritt li jitilqu, li jirrifjutaw li jaħdmu jew li jitlob kumpens. Storikament, l-iskjavitù kien rikonoxxut minn ħafna soċjetajiet filwaqt li fi żminijiet aktar riċenti, l-iskjavitù sar illegali fil-pajjiżi kollha. Madanakollu hu jkompli permezz tal-jasar tad-dejn, sefturi domestiċi miżmuma fil-magħluq, f'ċerti adozzjonijiet fejn it-tfal huma sfurzati li jaħdmu bħala skjavi, suldati tfal, u ż-żwieġ sfurzat. Il-jasar hu uffiċjalment illegali fil-pajjiżi kollha, iżda għad hemm madwar 20 sa 30 miljin skjav madwar id-dinja. Il-Mawritanja kienet l-aħħar pajjiż li uffiċjalment għamel l-iskjavitù illegali (fl-1981 u fl-2007), iżda madwar 10% sa 20% tal-popolazzjoni tagħha hija stmata li tgħix fi skjavitù. It-traffikar tal-bnedmin huwa primarjament użat fuq in-nisa u tfal f'industriji sesswali.

Il-post fejn kienu jinbiegħu l-iskjavi kien magħruf bħala s-suq tal-iskjavi. Ħafna drabi lill-iskjavi kienu jneżżgħulhom il-ħwejjeġ u kienu jinbiegħu għarwenin. Dan kien isir sabiex il-bejjiegħ ikun jista' jeżamina lill-iskjav b'mod aħjar.