Aqbeż għall-kontentut

Osama bin Laden

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Osama Bin Laden)
Osama bin Laden
1. General Emir of Al-Qaeda (en) Translate

11 Awwissu 1988 - 2 Mejju 2011 - Ayman al-Zawahiri
Ħajja
Isem propju أسامة بن محمد بن عوض بن لادن
Twelid Riyadh, [Rijad|Riyadh], 10 ta' Marzu 1957
Nazzjonalità Arabja Sawdija (sa 1994)
Bla stat (minn 1994)
Residenza Osama bin Laden's compound in Abbottabad (en) Translate
Osama bin Laden's house in Khartoum (en) Translate
L-ewwel lingwa Għarbi
Mewt Osama bin Laden's compound in Abbottabad (en) Translate, 2 Mejju 2011
Post tad-dfin Arabian Sea (en) Translate
Kawża tal-mewt  (ferita b'tir ta' arma tan-nar)
Mudell:P Robert James O'Neill (en) Translate
Familja
Missier Mohammed bin Awad bin Laden
Omm Hamida al-Attas
Konjuga/i Najwa Ghanem (mul) Translate  (1974 -  2001)
Khadijah Sharif (mul) Translate  (1983 -
Khairiah Sabar (mul) Translate  (1985 -  2011)
Siham Sabar (mul) Translate  (1987 -  2011)
Amal Ahmed al-Sadah (mul) Translate  (2000 -  2011)
Ulied
Aħwa
Tribù Il-Familja ta' Bin Laden
Edukazzjoni
Alma mater King Abdulaziz University (en) Translate 1979) : ekonomija
Brummana High School (en) Translate
Thomas Sprigg Wootton High School (en) Translate
King Abdulaziz University (en) Translate 1981) : public administration (en) Translate
Al-Thager Model School (en) Translate
(1968 - 1976)
Lingwi Ingliż
Għarbi
Paxtun
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni inġinier ċivili
negozjant
jihadist (en) Translate
terrorist (en) Translate
Piż 75 kg
Tul 195 cm
Sħubija Al-Qaeda (en) Translate
Moviment Salafi jihadism (en) Translate
Jihadism (en) Translate
Pan-Islamism (en) Translate
antisemitism (en) Translate
anti-Christian sentiment (en) Translate
anti-communism (en) Translate
anti-Americanism (en) Translate
anti-Zionism (en) Translate
Servizz militari
Grad emir
Iġġieldu Soviet-Afghan War (en) Translate
Afghan Conflict (en) Translate
war on terror (en) Translate
Battle of Jaji (en) Translate

Osama bin Muħammed bin Għawad bin Laden (bl-Għarbi: أسامة بن محمد بن عوض بن لادن‎, Usâma bin Muħammad bin Għawaḍ bin Lâdin; Rijad, 10 ta' Marzu 1957Abbottabad, 1 ta' Mejju 2011) kien membru tal-familja Bin Laden, familja biljunarja Sawdija u fundatur tal-organizzazzjoni ġiħadija tal-Qaeda, responsabbli għall-attakki tal-11 ta' Settembru fuq l-Istati Uniti tal-Amerka u ħafna attakki fuq miri ċivili u militari b'eluf ta' vittmi. Minħabba dan Bin Laden tilef iċ-ċittadinanza Sawdija tiegħu u ġie miċħud minn familtu.

Bin Laden kien fuq il-listi tal-American Federal Bureau of Investigation tal-iktar għaxar maħruba mfittxija u l-iktar terroristi mfittxija, għall-involviment tiegħu fl-isplużjonijiet ta' ambaxxati Amerikani fl-1998. Wara l-2001, Bin Laden kien il-mira ewlenija tal-War on Terror tal-Istati Uniti. Bin Laden u l-mexxejja l-oħra tal-Qaeda kien maħsub li kienu mistoħbija fuq il-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Nhar l-1 ta' Mejju 2011, Barack Obama ħabbar li unita' żgħira speċjali tal-Istati Uniti fetħet attakk dirett fuq bin Laden, fil-belt ta' Abbottabad, madwar 60 mil 'il barra mill-kapitali tal-Pakistan, Islamabad. Ingħad li bin Laden ċaħad l-għażla li ingħata li jagħti ruħu b'idejh, bil-konsegwenza li spiċċa maqtul fl-isparatura li żviluppat bejn iż-żewġ naħat. Ingħad ukoll li fl-attakk inqatlu wkoll membri oħra tal-familja tiegħu, b'wieħed minnhom ikun iben l-istess bin Laden.

Wara li ħarġet l-aħbar ta' din il-mewt, ċentri diplomatiċi Amerikani madwar id-dinja tpoġġew fuq l-ogħla livell ta' twissija, filwaqt li ċittadini madwar id-dinja qed jitwissew biex joqgħodu iktar attenti, minħabba l-biża' li sostenituri ta' bin Laden jistgħu jirritaljaw.

Malli ħarġet l-aħbar, mijiet ta' nies inġabru quddiem il-White House u b'mod spontanju kantaw diversi innijiet, fosthom, l-innu nazzjonali.