L-aċċent
l-aċċent hija rivista dwar it-traduzzjoni u l-ilsien Malti maħruġa mid-Dipartiment tal-Ilsien Malti fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, bis-sehem[1]. L-ewwel edizzjoni ħarġet f'Diċembru tal-2009, u l-20 edizzjoni ħarġet f'April tal-2021[1]. Il-pubblikazzjoni titqassam b'xejn lill-abbonati, f'forma mitbugħa kif ukoll diġitali.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-proġett ta' l-aċċent fuq inizjattiva ta' Xavier Valeri Cobo fl-2009, kap mid-Dipartiment tal-Ilsien Spanjol li dak iż-żmien kien l-aġent kap tad-Dipartiment tal-Malti. Id-Dipartiment Spanjol diġà kellu pubblikazzjoni interna tagħhom jisimha Punto y Coma[2], u għalhekk Valeri Cobo ħeġġeġ lid-Dipartiment tal-Malti jagħmel l-istess. Bis-saħħa ta' dan, il-Malti huwa wieħed minn ħames lingwi biss fid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni li għandu pubblikazzjoni tiegħu stess.[3]
L-ewwel bord editorjal kien magħmul minn tradutturi li kellhom esperjenza preċedenti fil-pubblikazzjoni, u kienu proprju dawn it-tradutturi li ħarġu bl-istruttura li għadha tintuża sal-lum. Maż-żmien, il-membri tal-bord oriġinali nbidlu wieħed wieħed, iżda t-tim li jieħu ħsieb l-aċċent kompla jikber u jinkludi membri li jaħdmu fuq il-qari tal-provi, l-aspett viżiv, id-distribuzzjoni, u l-midja soċjali.[4]
Tqassim
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-rivista hija maqsuma fi tliet taqsimiet:
- Bir-reqqa, li tittratta l-lingwa miktuba u mitħaddta
- Kelma b'kelma, li tittratta t-terminoloġija
- Mill-għatba 'l barra, li tittratta aspetti oħra relatati mal-lingwa u t-traduzzjoni[5]
Ir-rivista spiss tinkludi suppliment terminoloġiku, imħejji mit-terminologi tad-dipartiment tal-Malti, li jkun jittratta tema speċifika b'rabta mal-oqsma li t-tradutturi għall-istituzzjonijiet tal-UE jittraduċu dwarhom.
Kontributuri
[immodifika | immodifika s-sors]Minħabba n-natura tagħha bħala pubblikazzjoni dipartimentali, ir-rivista hija mmexxija minn tradutturi tal-Malti fil-Kummissjoni Ewropea, u bosta artikli huma miktubin minn tradutturi tal-Kummissjoni stess. Madankollu, ir-rivista għandha wkoll għadd ġmielu ta' kontribuzzjonijiet ġejjin minn esperti esterni, partikolarment mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta, kif ukoll ta' tradutturi minn istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni Ewropea.[3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b "l-aċċent — Maltese language magazine". European Commission (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Puntoycoma — Boletín de los traductores españoles". European Commission (bl-Ispanjol). Miġbur 2021-03-22.
- ^ a b Borg Micallef, Antoine (2016-06-12). "Putting an accent on the Maltese Language". Times of Malta (bl-Ingliż).
- ^ "It-tim ta' l-aċċent" (PDF). l-aċċent. 2019. p. 2.
- ^ "l-aċċent". Facebook.com. Miġbur 2021-03-02.