Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem
Dehra
(Rindirizzat minn Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Ġranet)
Dan l-artiklu dwar ir-reliġjon huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem hija l-akbar grupp fil-moviment Mormon. Inbeda fl-1830 fi New York minn Joseph Smith. Huma jemmnu li Joseph Smith kien profeta li rrestawra l-knisja li Ġesù Kristu waqqaf fuq l-art meta kien ħaj. Jgħallmu li huma l-unika knisja li għandha l-Evanġelju sħiħ. Huma jemmnu wkoll li l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu huma tliet individwi separati, iżda kollha għandhom l-istess għan. L-Iskritturi Mormon jinkludu l-Bibbja, il-Ktieb ta’ Mormon, id-Duttrina u l-Patti, u l-Perla tal-Kbir. Membri tal-knisja, spiss imsejħa Mormons, u magħrufa sew bħala Qaddisin tal-Aħħar Jiem huma magħrufa li huma attivi fil-ħidma missjunarja. Huma jemmnu wkoll fl-importanza tal-familji.