Aqbeż għall-kontentut

Kilwa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Kliewi)
Kliewi umani, kif jidru minn wara bl-ispina mneħħija

Il-kliewi huma organi f'forma ta' fażola fil-vertebrati. Il-kliewi jiffurmaw parti mis-sistema urinarja, u jiffiltraw id-demm mill-iskart (l-iktar l-urea) u jitfgħuh 'l barra flimkien mal-ilma, bħala awrina. Dik il-parti tal-mediċina li tittratta l-kliewi u l-mard tagħhom hija magħrufa bħala nefroloġija, li ġejja mill-kelma Griega għall-kilwa; l-aġġettiv li jfisser "għandu x'jaqsam mal-kliewi" huwa renali, mill-Latin.