Għajnuna:Modifika minuri
Meta utent reġistrat li jkun fil-kont tiegħu jimmodifika paġna, għandu l-possibilità li jimmarka l-modifika tiegħu bħala waħda minuri billi jimmarka l-kaxxa taħt il-buttuna "Ippubblika l-modifiki". Dan ifisser li l-modifika li saret ma tantx kienet ta' importanza u fil-listi tal-modifiki, eżempju l-kronoloġiji tal-paġni, tiġi mmarkata b'm żgħira.
Barra minn hekk, l-utenti jistgħu jagħżlu li jaħbu l-modifiki minuri meta jaċċessaw il-paġni tat-tibdil riċenti u l-osservati sabiex ikollhom numru inqas ta' modifiki fil-lista, li jagħmilha aktar faċli għall-ġestjoni tal-artikli u l-paġni.
Utenti li mhumiex illogjati fil-Wikipedija mhumiex permessi li jimmarkaw tibdiliet bħala minuri minħabba ċ-ċans ta' vandaliżmu.
X'inhuma modifiki minuri?
[immodifika | immodifika s-sors]Ġeneralment, modifiki minuri jinkorporaw tiswijiet ortografiċi, modifiki fil-format, tiswijiet fil-punteġġjatura, it-tibdil f'xi termini li jżommu s-sens tal-frażi, eċċ.
Min-naħa l-oħra, modifika mhijiex minuri meta l-paġna, wara li saret modifika fuqha, inbidlet b'tali mod li l-utenti li jsegwu l-ktiba ta' din il-paġna għandhom jinteressaw ruħhom f'din il-bidla. Għalhekk, kwalunkwe modifika li tinvolvi bidla fis-sens jew l-istruttura ġenerali tal-paġni m'għandiex tiġi mmarkata bħala minuri.
Ftakar li l-immarkar tal-modifika minuri jsir manwalment skont l-għażla tal-awtur u m'hemm l-ebda garanzija li modifika minuri hija tassew minuri, u viċi versa. Jekk waqt sessjoni ta' modifika fuq il-Wikipedija tħoss li se tkun qed tagħmel numru ta' modifiki minuri konsekuttivi, jista' jkun utli li tixgħel l-għażla "Immarka awtomatikament l-modifiki kollha bħala minuri" fil-preferenzi.