Aqbeż għall-kontentut

Fond ta' Koeżjoni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Fond ta’ Koeżjoni)

Il-politika ta’ koeżjoni hija l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea' biex tippromwovi u tappoġġja l-‘iżvilupp globali armonjuż’ tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħha.

Minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 174), il-'politika ta’ koeżjoni tal-UE għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi tnaqqas id-disparitajiet fil-livell ta’ żvilupp bejn ir-reġjuni. Il-politika tiffoka fuq l-oqsma prinċipali li se jgħinu lill-UE tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21 u li din tibqa’ globalment kompetittiva.

Madwar 32,5 % tal-baġit tal-UE għall-2014-2020 (ekwivalenti għal madwar EUR 351,8 biljun fuq seba' snin għall-prezzijiet tal-2014) huwa allokat għall-istrumenti finanzjarji li jappoġġjaw il-politika ta’ koeżjoni. Dawn huma ġestiti u mwassla fi sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-partijiet interessati fil-livell lokali u reġjonali.