Faxxa ta' Kuiper
Dan l-artiklu dwar l-astronomija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-esitenza tal-Faxxa ta Kuiper kienet issuġġerita sa minn qabel ma ġiet osservata. Minħabba l-fatt li l-Kometi ta' perijodu qasir iduru madwar ix-Xemx fuq l-istess pjan u fl-istess direzzjoni bħall-pjaneti, huwa probabbli li huma joriġinaw mill-pjan tas-Sistema Solari.
F'Awissu 1992, l-ewwel oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper ġie skopert minn David Jewitt u Jane Luu, u xi 100 oġġett simili ġew skoperti wara dik id-data. Kien issuġġerit ukoll li ċ-ċkejken Plutone u qamru Karonte x'aktarx jagħmlu parti mill-Faxxa ta' Kuiper, hekk ukoll kif jista' jkun li hu Tritone, l-akbar satellita ta' Nettunu. Tritone huma satellita barra min normal, l-orbita tiegħu madwar Nettunu hija retrograda (kontra l-orbita tal-oħrajn). Din l-imġieba iġġiegħel lill-esperti jaħsbu li oriġinarjament kienet oġġett tal-Faxxa ta' Kuiper u ġiet maqbuda mill-kamp gravitazzjonali ta' Nettunu.