Baħar l-Aħmar
Dehra
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Baħar l-Aħmar (bl-Għarbi: البحر الأحمر, al-Baḥr al-Aḥmar; bl-Ebrajk: ים סוף, Yam Suf) hu golf jew baċir fl-Oċean Indjan bejn l-Afrika u l-Asja. Il-konnessjoni mal-oċean tinsab fin-Nofsinhar permezz tal-Istrett ta' Bab el Mandeb u l-Golf ta' Aden. Fit-Tramuntana nsibu l-Peniżola ta' Sinaj, il-Golf ta' Aqaba, u l-Golf tas-Suez (li jwassal għall-Kanal ta' Suez).
Il-Baħar l-Aħmar għandu erja kbira ta' 438,000 km². Dan hu twil madwar 2,250 kilometru, u l-itwal parti tlaħħaq sa 355 kilometru. L-ikbar fond hu dak ta' 2,211 metru u l-fond medju huwa ta' 490 metru. F'dan il-baħar jgħixu madwar 1,000 speċi ta' invertebrati u 200 speċi ta' qroll.