Arloġġ tal-mażżri
Arloġġ tal-mażri (bl-Ingliż: grandfather clock) magħruf ukoll arloġġ tat-taraġ, arloġġ tal-kaxxa, arloġġ tan-nannu, jew arloġġ tal-art) huwa arloġġ tal-pendlu għoli, mmexxi mill-piż, bil-pendlu miżmum ġewwa l-qadd tal-kaxxa tal-injam, li normalment ma jkunx marbut mal-ħajt. Arloġġi ta' dan l-istil huma komunement 1.8–2.4 metri (6–8 piedi) twal bi pendlu u piżijiet, sospiżi jew minn kejbils jew ktajjen, magħluq ġol-kaxxa, u li kultant iridu jiġu kalibrati biex iżommu l-ħin xieraq. Spiss ikollu ornamenti mnaqqxa b'mod elaborat fuq il-barnuża inkella fil-ġenb, jew fuq wiċċ l-arloġġ.
L-arloġġar Ingliż, William Clement, huwa akkreditat li żviluppa l-forma ta' arloġġ fl-1670. Sal-bidu tas-seklu 20, l-arloġġi tal-pendlu kienu l-aktar teknoloġija preċiża għall-ħin madwar id-dinja. B'hekk l-arloġġi tal-mażżra, minħabba l-eżattezza superjuri tagħhom, ipprovdew l-aħjar qari tal-ħin fid-djar u n-negozji. Illum jintużaw prinċipalment għall-valur dekorattiv u bħala antikità, hekk kif ġew sostitwiti minn arloġġi aktar moderni.
Ismijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Skont l-Oxford English Dictionary, il-kanzunetta popolari tal-1876 My Grandfather's Clock hija responsabbli għall-isem "grandfather clock" li bih huma magħrufa l-aktar dwan it-tip ta' arloġġi.[1]
Il-kanzunetta kienet miktuba mill-kompożitur Amerikan Henry Clay Work, li ra arloġġ tal-mażżri għall-ewwel darba f'The George Hotel f'Piercebridge, County Durham, l-Ingilterra. Meta staqsa dwar l-arloġġ, ġie infurmat li dan kellu żewġ sidien. Wara li miet l-ewwel sid, l-arloġġ ma baqax iżomm il-ħin preċiż, u meta miet it-tieni sid, l-arloġġ waqaf jaħdem għal kollox. L-istorja ispirat lil Henry biex jikteb il-kanzunetta.
L-arloġġi tal-mażżri huma ta’ ċertu għoli, ġeneralment mill-inqas 1.9 metres (6 ft 3 in) . Hemm verżjonijiet oħra li huma kemmxejn iqsar, imma dawn ma jissejħux grandfather clock bl-Ingliż.[2][3]
L-itwal arloġġ tal-mażżri fid-dinja huwa 35 feet 10 inches (10.92 m) għoli u għadu jaħdem perfettament, u jdoqq kull kwart ta' siegħa. Kien magħmul minn Svoboda Industries fl-1976 bħala proġett Bicentennial tal-Istati Uniti u jinsab f'Kewaunee, Wisconsin.[4][5]
Oriġini
[immodifika | immodifika s-sors]Il-miġja tal-arloġġ tal-mażżri hija dovuta għall-invenzjoni tal-mekkaniżmu ta' ħarba tal-ankra minn Robert Hooke madwar l-1658. Qabel ma adottaw l-mekkaniżmu tal-ankra, il-movimenti tal-arloġġ tal-pendlu kienu użaw mekkaniżmu antik magħruf bħala l- ħarba tal-ponta, li kien jeħtieġ ċertu wisgħa biex l-pendlu jitbandal madwar 80-100 grad. [6] Pendli twal li jistgħu jitbandlu daqshekk fil-wisgħa ma setgħux jitwaħħlu f'kaxxa, għalhekk il-biċċa l-kbira tal-arloġġi kellhom pendlu qosir.
Il-mekkaniżmu tal-ankra naqqas it-tbandil tal-pendlu għal madwar 4 sa 6 gradi,[6] u b'hekk ippermetta li jinbnew arloġġi b'pendlu itwal, b'taħbit aktar bil-mod. Dawn jikkunsmaw inqas enerġija, li jippermettew li l-arloġġi jaħdmu aktar fit-tul qabel ikollhom bżonn jingħataw il-ħabel, għax jikkawżaw inqas frizzjoni fil-moviment tagħhom, u kienu wkoll aktar preċiżi.[6] Kważi l-arloġġi tal-mażżri kollha jużaw pendlu tas-sekondi (imsejjaħ ukoll pendlu "Rjali"[7]) li jfisser li kull tbandila (jew nofs perjodu) tieħu sekonda. Huma madwar 1 metre (3 ft 3 in) twil (saċ-ċentru tal-ballun), li jeħtieġu kaxxa twila u dejjqa. Din it-tip ta' kaxxa deheret qabel l-arloġġ tal-ankra, bi ftit deċennji, madwar l-1660, biex tippermetti tnaqqis fit-tul għall-mażżri. Madankollu, ladarba l-pendlu tas-sekondi beda jintuża, il-kaxxa twila kienet addatta wkoll.[8]
L-arloġġar Brittaniku William Clement, li kkontesta l-kreditu għall-ħarba tal-ankra ma' Robert Hooke, kien għamel l-ewwel arloġġi tal-mażżri fl-1680.[9] Aktar tard fl-istess sena, Thomas Tompion, l-aktar arloġġar Brittaniku prominenti, kien qed beda jagħmilhom ukoll.[9] Dawn it-tip t'arloġġi infirxu malajr mill-Ingilterra għal pajjiżi oħra Ewropej u l-Asja.
L-ewwel arloġġi tal-mażżri, bħall-arloġġi kollha qabel il-ħarba tal-ankra, kellhom id waħda biss, li turi s-siegħat. L-eżattezza akbar li saret possibbli mill-ankra mmotivat iż-żieda tal-idejn tal-minuti mal-uċuħ tal-arloġġ matul id-deċennji sussegwenti.
Bejn l-1680 u l-1800, il-prezz medju ta’ arloġġ nannu fl-Ingilterra baqa’ stabbli għal £1/10s. Fl-1680, dak kien l-ammont imħallas minn familja tax-xogħol medja għall-kera ta’ sena, u għalhekk ix-xiri ta’ arloġġi kien limitat għan-nies sinjuri. Iżda Sal-1800 il-pagi kienu żdiedu biżżejjed biex jippermettu lil ħafna familji ta’ klassi tan-nofs inferjuri ikollhom arloġġi tal-mażżri ukoll.[10]
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Tradizzjonalment, l-arloġġi tal-mażżri kienu magħmula b'żewġ tipi ta ' moviment: movimenti ta' tmint ijiem jew ta' ġurnata (30 siegħa). Arloġġ b'moviment ta' tmint ijiem kien jeħtieġ jingħata l-ħabel darba biss fil-ġimgħa, filwaqt li ġeneralment arloġġi ta' 30 siegħa, li kienu inqas għaljin, kellhom jiġu mdawrin kuljum. L-arloġġi ta' tmint ijiem ħafna drabi huma mmexxija minn żewġ piżijiet - wieħed isuq il-pendlu u l-ieħor il- mekkaniżmu tad-daqq, li ġeneralment ikun jikkonsisti f'qanpiena jew ċajpi. Movimenti bħal dawn normalment ikollhom żewġ toqbiet għall-ħabel, waħda fuq kull naħa ta 'l-arloġġ, biex ikeb kull piż.
B'kuntrast, l-arloġġi ta' 30 siegħa spiss ikollhom piż wieħed biex imexxi l-mekkaniżmi taż-żamma tal-ħin u tad-daqq. L-arloġġi tal-mażżri moderni kollha li jdoqqu għandhom ċaqliq mekkaniku ta' tmint ijiem b'daqq ħafif kull kwarta u daqq sħiħ kull siegħa. Ħafna mill-arloġġi tal-mażżri fihom l-cables li jissospendu l-piżijiet.
Dawn it-tip t'arloġġi jitħaddmu permezz ta' ċavetta speċjali li tiddaħħal f'toqob fil-wiċċ tal-arloġġ u ddawwarha. Oħrajn, madankollu, għandhom katina flok cable, li jfisser li l-piżijiet huma sospiżi minn ktajjen li jdawru gerijiet fil-mekkaniżmu tal-arloġġ, bit-tarf l-ieħor tal-katina mdendla ħdejn il-piż. Biex tħaddem arloġġ tal-mażżri bil-katina, trid tiġbed it-tarf ta' kull katina, dan jerfgħa l-piżijiet sakemm ikunu eżatt taħt wiċċ l-arloġġ. Dan iż-żewġ proċessi bil-Malti jissejjħu tagħti l-ħabel lill-arloġġ.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Oxford English Dictionary" (available online to subscribers, also in print). Miġbur April 19, 2009.
Grandfather's clock [suggested by a song which was popular about 1880], a furniture-dealer's name for the kind of weight-and-pendulum eight-day clock in a tall case, formerly in common use; also grandfather clock (now the usual name): [1876 H. C. WORK Grandfather's Clock, My grandfather's clock was too large for the shelf, So it stood ninety years on the floor.]
- ^ Sisk, Annie. "Difference Between a Grandfather & Grandmother Clock". hunker. Miġbur September 17, 2019.
- ^ "Grandfather Clock History and what you need to know". grandfather-clock-info.com. Miġbur September 17, 2019.
- ^ "World's Tallest Grandfather Clock | Travel Wisconsin". TravelWisconsin (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-02.
- ^ "Kewaunee Area Chamber of Commerce World's Tallest Grandfather Clock". chamber (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-02.
- ^ a b ċ "Anchor Clock Escapement". web.archive.org. 2009-10-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-10-25. Miġbur 2024-04-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Nelthropp, H. Leonard (1873). A Treatise on Watch-Work, Past and Present. London: E.& F.N. Spon. p. 84.
- ^ Barnett, Jo Ellen (1999). Time's Pendulum: From Sundials to Atomic Clocks, the Fascinating History of Timekeeping and how Our Discoveries Changed the World. Houghton Mifflin Harcourt. pp. 91–92. ISBN 0-15-600649-9.
- ^ a b Moore, N. Hudson Moore (1903). The Old Furniture Book. New York: Frederick A. Stokes Company. p. 205.
william clement clock.
- ^ The Origins of the Consumer Revolution. Joanne Sear. 17 January 2020. ISBN 9781000765700. Miġbur 4 February 2020.