Torri Eiffel

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Torri Eiffel

It-Torri Eiffel, huwa torri tal-ħadid f'Pariġi, hu landmark tal-post u eżempju bikri ta' xogħol bil-ħadid fuq daqs ġgantesk. Ġie ddisinjat u mibni mill-inġinier ċivili Franċiż, Alexander Gustav Eiffel għall-Fiera Dinjija ta' Pariġi fl-1889.

It-torri, mingħajr l-antenna tax-xandir li saret wara, hu twil 300m. Is-sezzjoni t'isfel tikkonsisti f'erba' arkati kbar bħala saqajn. It-torri, ġie mibni minn madwar 6,300 tunnellata ħadid, għandu t-turġien u l-liftijiet. Fin-naħa ta' fuq tat-torri ssib uffiċċju meteoroloġiku, stazzjon tar-radju, antenna ta' trasmissjoni tat-televiżjoni kif ukoll kmamar li kienu jintużaw minn Eiffel innifsu.

Dan l-aħħar ġie miżjud dawl ferm sabiħ madwaru li jagħti dehra iżjed romantika lil din il-belt kapitali Franċiża.