Steve Jobs

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Steve Jobs fl-2010

Steven Paul "Steve" Jobs (San Francisco, 24 ta' Frar 1955Palo Alto, 5 ta' Ottubru 2011) kien imprenditur u inventur Amerikan tal-kompjuters. Kien ko-fundatur, president, u direttur eżekuttiv ta' Apple Inc. Jobs serva wkoll ta' direttur eżekuttiv ta' Pixar Animation Studios u fl-2006 sar membru tal-bord tad-diretturi ta' The Walt Disney Company, wara li Disney ħadet f'idejha Pixar.

Fl-aħħar tas-sebgħinijiet, Jobs, flimkien ma' Steve Wozniak, Mike Markkula u oħrajn, iddisinja, żviluppa u poġġa fis-suq l-ewwel linja ta' kompjuters personali ta' suċċess, is-serje ta' Apple II. Fil-bidu tat-tmeninijiet, Jobs kien fost dawk li ħoloq il-Macintosh. Fl-1985, Jobs irreżenja minn mal-Apple u waqqaf NeXT, kumpanija li tispeċjalizza fl-edukazzjoni għolja u fis-swieq tan-negozju. Fl-1996 Apple xtrat NeXT u Jobs reġa' lura fil-kumpanija, u sar CEO tagħha mill-1997 sa Awwissu 2011.

Jobs miet f'Kalifornja fl-età ta' 56 sena, seba' snin wara li sabulu kanċer fil-frixa.