Skanderbeg

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Skanderbeg (1403 - 1468) derivat mit-titlu magħruf Tork İskender Bey li tfisser "Lord Alexander", huwa wieħed mill-iktar figuri storiċi prominenti fl-istorja ta' l-Albanija. Huwa wkoll magħruf bħala d-Dragun ta' l-Albanija u huwa meqjus bħala l-eroj nazzjonali ta' l-Albaniżi. Skanderbeg huwa magħruf għat-taqbida tiegħu kontra l-Imperu Ottoman.