San Bastjan
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
|
|
Dan l-artiklu dwar ir-reliġjon huwa abbozz. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|
| San Bastjan | |
|---|---|
San Bastjan pittura ta' Marco Palmezzano, (Musew tal-Belle Arti, Budapest) |
|
| Twelid | madwar 256 Narbona ? (Gallja) |
| Mewt | madwar 290 Ruma |
| L-ikbar santwarju | Bażilika ta' San Sebastiano fuori le mura, Ruma |
| Festa | 20 ta' Jannar fil-Punent, 18 ta' Diċembru fil-Lvant |
| Attributi | vleġeġ, palma tal-martirju |
| Patrun/a | Dawk li jagħmlu l-labar, arċieri, pulizija, sportivi, militari in ġenerali |
San Bastjan, jew San Sebastjan, hu qaddis u martri Nisrani, li jgħidu li miet fl-20 ta' Jannar, 287 taħt persekuzzjoni ta' l-Insara mill-Imperatur Ruman Dijoklezjanu fit-3 seklu. Hu jidher f'ħafna mill-arti bħala marbut ma' zokk u minfud bil-vleġġeġ.
Hu l-patrun tas-suldati, tal-morda bil-pesta, tal-vleġġeġ, ta' l-atleti u taż-żgħażagħ. Il-festa tiegħu ssir fl-20 ta' Jannar fil-Knisja Kattolika; u fit-18 ta' Diċembru fil-Knisja Ortodossa Griega. F'Malta parroċċa ddedikata lilu qegħda f'Ħal Qormi u l-festa issir fit-tielet Ħadd ta' Lulju.