Provinċja ta' Soria
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Soria hija provinċja li tinsab fi Spanja Ċentrali, fil-Lvant tal-komunità awtonoma ta' Kastilja u León. Il-konfini tagħha huma l-provinċji ta' La Rioja, Zaragoza, Guadalajara, Segovia, u Burgos.
Soria hi l-inqas provinċja popolata fi Spanja kollha, b'densità ta' madwar 9 abitanti kull kilometru kwadru—waħda mill-inqas fl-Unjoni Ewropea. Mill-popolazzjoni tal-provinċja (91,487), huma madwar 40% li jgħixu fil-kapitali, Soria. Hemm 183 muniċipalità f'Soria, li kważi nofshom huma rħula b'inqas minn 100 persuna, fejn huma biss tnax-il raħal li għandhom popolazzjoni ta' iktar minn 1000 persuna. Ċentri importanti ta' din il-provinċja huma Almazán u Burgo de Osma-Ciudad de Osma.
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':
Koordinati: