Aqbeż għall-kontentut

Wikipedija:Ċaħda ġenerali

Din il-paġna hija protetta
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Proġett:Ċaħda ġenerali)

IL-WIKIPEDIJA MA TAGĦTI EBDA GARANZIJA TA' VALIDITÀ

Il-Wikipedija hija enċiklopedija kollaborativa b'kontenut ħieles, li tfisser, assoċjazzjoni volontarja ta' individwi u gruppijiet li jaħdmu flimkien sabiex jibnu proġett ta' għerf komuni. L-istruttura tal-proġett tippermetti li kwalunkwe persuna li għandu aċċess għall-internet sabiex ikun jista' jagħmel modifiki fil-kontenut. Jekk jogħġbok għaraf il-fatt li l-kontenut li jinstab hawnhekk kien neċessarjament revedut minn persuna esperta sabiex jingħata informazzjoni kompleta, preċiża u li tista' torbot fuqu.

Dan ma jfissirx però li mintix se ssib informazzjoni preċiża u ta' valur kbir fil-Wikipedija; ħafna drabi għandek issib. Minkejja dan, il-Wikipedija ma tagħtik l-ebda garanzija ta' validità ta' informazzjoni li jinstab hawn. Il-kontenut ta' artiklu jista' jiġi riċentament ġie modifikat, vandalizzat jew modifikat minn persuna li huwa ta' opinjoni differenti f'dak il-qasam.

L-ebda reviżjoni formali tal-komunità

Qegħdin naħdmu fuq mezzi sabiex nagħżlu u nimmarkaw verżjonijiet li wieħed jista' jorbot fuqhom. Il-komunità attiva ta' edituri jagħmlu użu minn għodda bħat-tibdil riċenti u tal-paġni ġodda sabiex ikunu jistgħu jaraw kontenut ġdid jew modifiki li qegħdin isiru. Madankollu, il-Wikipedija ma tiġix reveduta bl-istess mod jiġifieri, waqt li qarrejja jistgħu jikkoreġu żbalji jew jieħdu sehem f'reviżjoni formali tal-komunità, huma m'għandhom l-ebda rabta legali u għalhekk kull informazzjoni li jinqara hawnhekk huwa implikat bla pleġġ għal kull raġuni. Anke artikli li jiġu kkorreġuti minn reviżjoni informali mill-komunità jew dawk li jkunu artikli fil-vetrina jistgħu aktar tard jiġu modifikati bla rażan, qabel ma tarahom.

Ebda kontributur, sponsor, amministratur, jew xi ħadd ieħor li b'xi mod jew ieħor għandu rabta mal-Wikipedija jista' jkun responsabbli tal-apparenza jew informazzjoni libelluża jew l-użu ta' informazzjoni tiegħek marbuta jew marbuta ma' dawn il-paġni tal-web.

L-ebda kuntratt; liċenzja limitata

Kun żgur li tifhem li l-informazzjoni pprovduta hawnhekk qiegħda tiġi provduta b'xejn, u li l-ebda tip ta' qbil jew kuntratt jinħoloq bejnek u bejn is-sidien jew l-utenti ta' dan is-sit, is-sidien tas-servers fejn din tinsab, il-kontributuri individwali tal-Wikipedija, l-amministraturi ta' kwalunkwe proġett, jew xi ħadd ieħor li b'xi mod jew ieħor għandu konnessjoni ma' dan il-proġett jew proġetti relatati li huma suġġetti għad-domandi tiegħek lejhom. Inti qiegħed tingħata liċenzja limitata li tikkopja li trid minn fuq dan is-sit; min-naħa tal-Wikipedija din ma toħloqx jew timplika ebda responsabbilità kuntrattwali jew ekstra-kuntrattwali jew kwalunkwe mill-aġenti tagħha, il-membri, l-organizzaturi jew utenti oħra.

Inti qiegħed tingħata liċensja limitata sabiex tikkopja xi affarijiet minn dan is-sit; minn naħa tal-wikipedija ma toħloqx l-ebda dejn jew qbil formali jew kwalunkwe tal-aġenti tagħha, membri, organiżaturi jew utenti oħrajn.

M'hemm l-ebda qbil jew ftehim bejnek u l-Wikipedija rigward l-użu jew modifikar ta' din l-informazzjoni li huwa 'l fuq mill-iskop tal-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa GNU (GFDL); lanqas xi ħadd mill-Wikipedija m'huwa responsabbli jekk xi ħadd ibiddel, jimmodifika jew ineħħi xi informazzjoni li int tissottometti fuq il-Wikipedija jew proġett assoċjat.

Trejdmarks

Kwalunkwe trejdmarks, marki tas-servizzi, marki kollettivi, drittijiet tad-disinn jew drittijiet simili li huma msemmija, użati jew kwotati fl-artikli tal-enċiklopedija tal-Wikipedija huma propjetà tas-sidien rispettivi. L-użu tagħhom hawnhekk ma timplikax li inti tista' tużahom għal xi raġunijiet oħra minbarra dak ta' l-istess użu ta' informazzjoni jew wieħed simili kif kontemplat mill-awturi oriġinali tal-artikli tal-Wikipedija taħt l-iskema ta' liċenzjar tal-GFDL. Sakemm mhux iddikjarat b'mod ieħor, il-Wikipedija u s-siti tal-Wikimedia m'huma la approvaturi u lanqas affiljati mal-ebda mis-sidiein tat-tali drittijiet u persè l-Wikipedija ma tistax tagħti drittijiet biex tuża' materjal li huwa protett. Huwa riskju tiegħek jekk tuża din il-proprjetà inkorporali jew waħda simili.

Drittijiet ta' personalità

Il-Wikipedija għandha materjal li jista' juri persuna identifikament ħajja jew persuna li mietet riċentament. L-użu ta' stampi ta' individwi ħajjin jew li għadhom kif imutu riċentament, f'ċerti kazijiet, huwa ristretti bil-liġi minħabba d-drittijiet ta' personalità tagħhom, li huma independenti mill-istatus tagħhom ta' copyright. Qabel ma tuża' dan it-tip ta' kontenut, aċċerta ruħek li għandek id-dritt li tużah taħt il-liġijiet li japplikaw fiċ-ċirkustanzi involuti. Inti inti responsabli tiegħek innifsek li tara li ma tiksirx id-drittijiet ta' personalità ta' ħaddieħor.

Ġurisdizzjoni u l-legalità tal-kontenut

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni li tinsab fil-Wikipedija tista' tkun qed tivvjola l-liġijiet tal-pajjiż jew ġurisdizzjoni minn fejn qiegħda tintwera din l-informazzjoni. Id-databażi tal-Wikipedija hija maqfula f'server fl-Istat ta' Florida fl-Istati Uniti tal-Amerika, u hija mantenuta b'referenza għall-protezzjonijiet tal-mezzi pprovduti taħt il-liġijiet legali u federali. Il-liġijiet fil-pajjiż jew il-ġurisdizzjoni tiegħek jistgħu lanqas jipproteġuk jew jħalluk l-istess tip ta' taħdit u distribuzzjoni. Il-Wikipedija ma tagħtix parir li tikser xi liġijiet, u ma tistax tkun responsabbli minn dawn l-atti, jekk inti se tabbina ma' dan id-dominju jew tuża, tirriproduċi, jew terġa' tippubblika l-informazzjoni li hawn hawnhekk.

Mhux parir professjonali

Jekk trid parir speċifiku (eżempju, dak mediku, legali, finanzjarju, jew l-immaniġjar tar-riskji) fittex nies professjonali li huma liċenzjati jew għandhom il-ħila f'dak il-qasam partikulari.