Oskar Schindler

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Oskar Schindler (28 t'April 1908 – 9 ta' Ottubru 1974) kien industrijalist Ġermaniż, spjun, u membru tal-partit Nażista, li salva 1,200 Lhudi matul l-Olokawst billi daħħalhom jaħdmu fil-fabbriki tiegħu tal-borom u tal-armi, li kellu f'dik li llum hija l-Polonja u r-Repubblika Ċeka rispettivament. Huwa s-suġġett tar-rumanz tal-1982 bl-isem Schindler's Ark, u l-film tal-1993 Schindler's List, li jirrifletti ħajtu bħala opportunist li fil-bidu kien jinteressah biss il-profit iżda li mbagħad wera inizjattiva straordinarja, tenaċità, u dedikazzjoni biex isalva l-ħajja tal-ħaddiema tiegħu.

Schindler kiber fi Zwittau, il-Moravja, u fl-1939 ingħaqad mal-Abwehr, is-servizz ta' intelliġenza tal-Ġermanja Nażista. Sar membru tal-Partit Nażista fl-istess sena. Qabel mal-Ġermanja okkupat iċ-Ċekoslovakkja fl-1938, kien jiġbor tagħrif fuq il-movimenti tal-ferroviji u tat-truppi. Il-gvern Ċek arrestah fuq spjunaġġ iżda nħeles minħabba l-Ftehim ta' Munich Agreement tal-1938. Schindler baqa' jiġbor tagħrif għan-Nażi fil-Polonja fl-1939 qabel din invadewha l-Ġermaniżi fil-bidu tat-II Gwerra Dinjija.

Fl-1939 Schindler akkwista fabbrika tal-borom u t-twaġen fi Krakovja, il-Polonja, li kienet tħaddem madwar 1,750 ħaddiem, li elf minnhom kienu Lhud meta l-fabbrika kienet fl-aqwa tagħha fl-1944. Il-konnessjonijiet li kellu mal-Abwehr għenu lil Schindler jipproteġi lill-ħaddiema Lhud mid-deportazzjoni u l-mewt fil-kampijiet ta' konċentrament Nażisti. Iktar ma għadda ż-żmien, Schindler kellu jxaħħam iktar lill-uffiċjali Nażisti, anke b'oġġetti ta' lussu li kien isib fil-black market biex ikun jista' jipproteġi lil-Lhud.

Kif il-Ġermanja bdiet titlef il-gwerra fl-1944, ix-Schutzstaffel (SS) bdew jagħlqu l-kampijiet ta' konċentrament tal-Lvant u jevakwaw il-priġunieri li kien baqa' fil-Punent. Ħafna nqatlu fil-kamp ta' konċentrament ta' Auschwitz. Schindler xaħħam ukoll lil SS-Hauptsturmführer Amon Göth, kmandant tal-kamp ta' konċentrament ta' Kraków-Płaszów qrib tiegħu, iħallih jieħu l-fabbrika tiegħu fi Brünnlitz fis-Sudetenland, u hekk jeħles lill-ħaddiema tiegħu minn mewt ċerta fil-kmamar tal-gass. Marcel Goldberg, pulizija tal-ghetto Lhudi pprovdilu lista ta' ismijiet, u Schindler għamel lista ta' 1,200 Jews li ħa miegħu Brünnlitz f'Ottubru 1944. Schindler baqa' jxaħħam lill-uffiċjali tal-SS sal-aħħar tal-Gwerra fl-1945 biex ma jmissux lil-Lhud, sakemm wasal biex spiċċa fallut finanzjarjament.

Schindler reġa' mar il-Ġermanja wara l-Gwerra, fejn seta' jgħix bl-għajnuna ta' aġenziji Lhud. Ipprova jerġa' jidħol fid-dinja tan-negozju iżda bla suċċess. Kienu jżommuh għaddej ix-Schindlerjuden ("il-Lhud ta' Schindler") – in-nies li kien salva hu matul il-Gwerra. Issejjaħ Ġust fost il-Ġnus mill-Gvern Israeljan fl-1963 u miet fid-9 ta' Ottubru 1974.