Normanni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

In-Normanni (korruzzjoni ta' l-isem "Northmen" jew "Norsemen", Poplu tan-Nofsinhar) kienu taħlita ta' Galli minn Franza u invażuri Vikingi mmexxijin minn Hrolf Ganger, li adotta l-isem Franċiż Rollo u ħalef li jservi lir-re ta' Franza (Karlu s-Sempliċi). Dawn il-Vikingi Daniżi u Norveġiżi bdew jokkupaw in-naħa ta' fuq ta' Franza, illum magħrufa bħala n-Normandija, fit-tieni nofs tas-Seklu IX. Fid-911, Karlu s-Sempliċi tagħhom art fil-wied tax-xmara Senna, li maż-żmien kibret sakemm saret id-Dukat tan-Normandija.

In-Normanni addottaw il-Kristjaneżmu, u l-ilsien Gallo-Romantiku u rnexxielhom joħolqu identità kulturali separata minn ta' missirijiethom Skandinavi u minn tal-ġirien Franċiżi. Il-Kultura Normanna, bħall-kultura ta' ħafna komunitajiet immigranti, kienet flessibli u soda. Għal xi żmien irnexxielhom jokkupaw żoni vasti ta' art imferrxin u mhux konnessi ma' l-Ewropa kollha.