Music from The Body

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Mudell:Infobox album

Music from The Body hu s-soundtrack album għall-film dokumentarju ta' Roy Battersby tal-1970 The Body,[1] dwar il-bijoloġija umana, li fih narrazzjoni ta' Vanessa Redgrave u Frank Finlay.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-mużika kienet komposta b'kollaborazzjoni bejn il-membri tal-Pink Floyd, Roger Waters u Ron Geesin,[1] u tagħmel użu mill-bijomużika, inklużi ħsejjes magħmulin mill-ġisem tal-bniedem (daqqiet, nifs, daħq, kliem minn taħt l-ilsien, mogħdija ta' riħ, eċċ.),[1] flimkien mal-kitarra, il-pjanu u strumenti tal-korda li lkoll huma aktar tradizzjonali. Id-data ta' dal-album tpoġġieh bejn Ummagumma u Atom Heart Mother,[1] - dan tal-aħħar ukoll ħa sehem fih Geesin bħala kollaboratur.[1] L-aħħar track tal-album, "Give Birth to a Smile", idoqqu fiha l-erba' membri tal-Pink Floyd, flimkien ma' Geesin fuq il-pjanu, għad illi David Gilmour, Nick Mason u Richard Wright ma jissemmewx.[1]

Kien biss fl-1984 li Waters ħareġ album solo ieħor: The Pros and Cons of Hitch Hiking.[1]

Il-lista tal-kanzunetti[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kanzunetti huma kollha miktubin minn Ron Geesin, ħlief dawk fejn jingħad mod ieħor:[1]

  1. "Our Song" (Geesin/Waters) – 1:24
  2. "Sea Shell and Stone" (Waters) – 2:17
  3. "Red Stuff Writhe" – 1:11
  4. "A Gentle Breeze Blew Through Life" – 1:19
  5. "Lick Your Partners" – 0:35
  6. "Bridge Passage for Three Plastic Teeth" – 0:35
  7. "Chain of Life" (Waters) – 3:59
  8. "The Womb Bit" (Geesin/Waters) – 2:06
  9. "Embryo Thought" – 0:39
  10. "March Past of the Embryos" – 1:08
  11. "More Than Seven Dwarfs in Penis-Land" – 2:03
  12. "Dance of the Red Corpuscles" – 2:04
  13. "Body Transport" (Geesin/Waters) – 3:16
  14. "Hand Dance — Full Evening Dress" – 1:01
  15. "Breathe" (Waters) – 2:53
  16. "Old Folks Ascension" – 3:47
  17. "Bed-Time-Dream-Clime" – 2:02
  18. "Piddle in Perspex" – 0:57
  19. "Embryonic Womb-Walk" – 1:14
  20. "Mrs. Throat Goes Walking" – 2:05
  21. "Sea Shell and Soft Stone" (Geesin/Waters) – 2:05
  22. "Give Birth to a Smile" (Waters) – 2:49

Mużiċisti[immodifika | immodifika s-sors]

  • Roger Waters: kitarra bass, leħen, kitarra
  • Ron Geesin: kitarra, vjolinċell, orgni Hammond, armonju, banġo, mandolina, strumenti varji tal-korda
  • David Gilmour: kitarra elettrika (f'"Give Birth to a Smile")
  • Nick Mason: tnabar (f'"Give Birth to a Smile")
  • Richard Wright: orgni Hammond (f'"Give Birth to a Smile")

F'"Give Birth to a Smile" ħa sehem ukoll kor ta' kantanti nisa li jkantaw fl-isfond waqt li Waters ikanta l-versi tiegħu imma li mbagħad jieħdu f'idejhom ir-ritornell hekk kif il-kanzunetta tissokta. L-album ma jgħidx min huma dan-nisa, u lanqas Waters, Geesin, jew il-kotba dwar il-grupp ma jgħidu min kienu.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ d e f ġ g Andy Mabbett, The Complete Guide to the Music of Pink Floyd, Omnibus, Londra, 1995. isbn = 0-7119-4301-X

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

  • The Body [1] fuq Internet Movie Database