Merlin (serje televiżiva)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-isem tas-serje hekk kif jidher fil-bidu ta' kull programm.

Merlin hi serje tat-televiżjoni Ingliża li bdiet fl-2008. Din is-serje hi bbażata fuq il-leġġendi tas-saħħar Merlin u r-Re Artur, iżda xorta waħda hemm differenza kbira bejn it-tnejn. Is-serje hi prodotta mill-kumpanija Shine Limited għall-istazzjon televiżiv BBC One. It tieni serje bdiet fid-19 ta' Settembru 2009, u l-produzzjoni tat-tielet serje ġiet ikkononfermata mill-BBC.

Karattri[immodifika | immodifika s-sors]

Atturi prinċipali[immodifika | immodifika s-sors]

  • Colin Morgan bħala Merlin: Il-protagonist tal-istorja hu żagħżugħ b'talent kbir fil-maġija, li jkollu jaħbi t-talenti tiegħu bit-tama li xi darba jkun jista' jesponihom fil-beraħ u mingħajr periklu. Id-destin tiegħu hu marbut direttament ma' dak tal-Prinċep u r-Re futur Artur.
  • Angel Coulby bħala Ġinevra: Tfajla sempliċi u umli, il-qaddejja ta' Marogana b'karattru dħuli u ħelu.
  • Bradley James bħala Artur: Żagħżugħ arroganti, iżda b'qalb tad-deheb. Artur isir ħabib ma' Merlin, li għandu d-dmir jipproteġieh sabiex meta jasal il-waqt, iwettaq id-destin tiegħu.
  • Katie McGrath bħala Morgana: Adottata mir-Re Uther, Morgana kapaċi tara l-futur permezz tal-ħolm profetiku tagħha. Hi ukoll ħabiba kbira ta' Ġinevra.
  • Anthony Head bħala Uther Pendragon: Ir-Re preżenti ta' Camelot, u missier Artur. Għalkemm meqjus bħala bniedem krudili u kattiv, fil-verita' jagħti kas ħafna tan-nies ta' madwaru. Jistmerr kull forma ta' maġija tant li beda gwerra ħarxa kontra kull min ikun suspettat li qed jipprattikaha.
  • Richard Wilson bħala Gaius: It-tabib uffiċjali tar-Re, iz-ziju ta' Merlin, u wieħed mill-ftit li jafu s-sigriet tiegħu. Gaius kien jipprattika l-maġija ukoll, u xi traċċi ta' dan għadhom jidhru fil-medikazzjonijiet tiegħu. Iqis lil Merlin bħala l-Iben li qatt ma kellu.
  • John Hurt bħala l-vuċi tad-Dragun Kilgharrah: Merlin imur bosta drabi għand id-Dragun għal suġġerimenti u għajnuna f'xi problema. FL-aħħar tat-tieni staġun, Merlin jeħles lil Kilgharrah, li jpattiha lin-nies kollha ta' Camelot billi jattakka l-belt. Finalment, Merlin jernexxielu jkeċċieh darba għal dejjem minn Camelot.

Atturi mistiedna[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel serje[immodifika | immodifika s-sors]

  • Eve Myles bħala Lady Helen/Mary Collins ("The Dragon's Call")
  • Will Mellor bħala Valiant ("Valiant")
  • Julian Rhind-Tutt bħala Edwin Muirden ("A Remedy to Cure All Ills")
  • Kyle Redmond-Jones bħala Kanan ("The Moment of Truth")
  • Joe Dempsie bħala William ("The Moment of Truth")
  • Holliday Grainger bħala Sophia ("The Gates of Avalon")
  • Kenneth Cranham bħala Aulfric ("The Gates of Avalon")

It-tieni serje[immodifika | immodifika s-sors]

  • Mackanzie Crook bħala Cedric ("The Curse of Cornelius Sigan")
  • Adrian Lester bħala Myror ("The Once and Future Queen")
  • James Cosmo bħala Hengist ("Lancelot and Guinevere")
  • Sarah Parish bħala Lady Catrina ("Beauty and the Beast": l-1 u t-2 parti)
  • Charles Dance bħala Aredian ("The Witchfinder")
  • Laura Donnelly bħala Freya ("The Lady of the Lake")
  • David Schonfield bħala r-Re Alined ("Sweet Dreams")
  • Georgia Moffett bħala Lady Vivian ("Sweet Dreams")
  • Joseph Mawle bħala Alvar ("The Witch's Quickening")
  • John Lynch bħala Balinor ("The Last Dragonlord")

It-tielet serje[immodifika | immodifika s-sors]

  • Miriam Margolyes
  • Warwick Davis

Udjenzi[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel serje[immodifika | immodifika s-sors]

# Episodju Renju Unit Stati Uniti
Udjenza[1]
(Miljun)
Pożizzjoni[1]
(Ġimgħa)a
Klassifika Sehem 18-49 Udjenza
(miljun)b
Pożizzjoni
(Ħin Partikolari)
Pożizzjoni
(Ġimgħa)
1 "The Dragon's Call" 7.15 #6 3.2 6 1.3/5 5.46 #3 #14[2]
2 "Valiant" 5.40 #11 3.2 6 1.4/4 5.24 #2 #14
3 "The Mark of Nimueh" 6.30 #8 2.8 5 1.0/3 4.29 #2 #28
4 "The Poisoned Chalice" 6.48 #9 2.6 4 1.1/3 4.25 #3 #28
5 "Lancelot" 5.37 #14 2.7 5 1.1/4 4.29 #2 #19
6 "A Remedy to Cure All Ills" 6.00 #11 2.3 4 0.9/3 3.65 #4 #30
7 "The Gates of Avalon" 6.45 #8 2.6 5 1.1/4 4.27 #4 #25
8 "The Beginning of the End" 6.25 #11 2.7 5 1.1/4 4.21 #4 #21
9 "Excalibur" 6.47 #9 2.7 5 1.1/3 4.46 #3 #20
10 "The Moment of Truth" 7.03 #8 1.9 4 0.8/3 3.06 #3 #31
11 "The Labyrinth of Gedref" 6.71 #7 2.4 4 1.0/3 3.95 #5 #31
12 "To Kill the King" 6.31 #8 1.9 4 1.0/3 3.22 #3 #32
13 "Le Morte d'Arthur" 6.27 #8 2.3 4 1.1/3 3.92 #5 #32
CiN "Merlin in Need 2008" 9.83 #4

a Il-pożizzjoni tgħodd biss għal BBC One u mhux għall-istazzjonijiet kollha.

b Merlin hu mxandar fuq l-NBC, wieħed mill-erba' stazzjonijiet kbar tal-iStati Uniti.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b "Weekly Viewing Summary (see relevant week)" (bl-Ingliż). BARB. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-12. Miġbur 2010-07-02.
  2. ^ "TV Ratings 6-15 to 6-21 and This Week In TV" (bl-Ingliż).