Lys Assia
Lys Assia, l-isem oriġinali tagħha hu Rosa Mina Schärer (Rupperswil, 3 ta' Marzu 1926) hija kantanta Żvizzera. Hi twieldet f'Rupperswil, Kantun ta' Argovja, l-Iżvizzera.
Qabel ma bdiet il-karriera mużikali fl-1940, meta kienet għadha tifla żgħira hi kienet żeffiena; l-ewwel kanzunetta tagħha ta' suċċess kienet "Oh Mein Papa" fl-1954.
Fl-1956 ġiet iddikjarata bħala r-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision, fejn hi rrapreżentat lill-Iżvizzera bil-kanzunetta "Refrain". Dik is-sena kantat kanzunetta oħra fis-serata finali, skont kif kienet titlob ir-regola għal dik is-sena, fejn din kienet "Das alte Karussell". L-involviment tagħha f'dan il-Konkors baqa' għaddej fis-sentejn ta' wara hekk kif irrapreżentat għal darb'oħra lill-Iżvizzeri fl-1957 bil-kanzunetta "L'enfant que j'étais" u bis-silta mużikali "Giorgio" fis-sena segwenti.
Suċċessi[editja]
- "Oh Mein Papa"
- "Ein kleiner goldner Ring"
- "Refrain"
- "Das Alte Karussell"
- "Holland Mädel"
- "Jolie Jacqueline"
- "L'enfant que j'étais"
- "Giorgio"
- "Die Glocken Hell Erklingen"
- "Golodrina"
- "C'etait Ma Vie"
Ħoloq esterni[editja]
| Predeċessur Ħadd |
Rebbieħa tal-Festival tal-Eurovision 1956 |
Suċċessur |
| Predeċessur Daħla debuttanti |
Żvizzera fil-Festival tal-Eurovision 1956-1958 |
Suċċessur |