Aqbeż għall-kontentut

KS Kastrioti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn KS Kastrioti Krujë)
KS Kastrioti
Isem sħiħ Klubi Sportiv Kastrioti Krujë
Fundazzjoni 1926
Grawnd Stadiumi Kastrioti, Krujë
Kowċ Ramadan Ndreu (en) Translate
Kampjonat 1. liga
L-ewwel
It-tieni

Klubi Sportiv Kastrioti Krujë jew KS Kastrioti Krujë huwa klabb tal-futbol Albaniż li huwa bbażat ġewwa Krujë. Huma jilgħabu fis-Superliga Albaniża, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Albaniż. Il-grawnd tagħhom huwa Stadiumi Kastrioti.

Il-klabb ġie fundat fl-1926. Wara li kien ġie magħluq fl-1949, kienu stabbiliti mill-ġdid fl-istess sena taħt l-isem sempliċi Krujë. Sentejn wara bidlu isimhom għal Puna Krujë qabel l-isem oriġinali kien għal darb'oħra introdott fl-1958. Huma qalbu d-diviżjonijiet fuq bażi regolari mid-1990ijiet il-quddiem, bdew fl-ewwel kampjonat Albaniż u ġew relegati għat-Tieni Diviżjoni fl-1993. Wara promozzjoni u relegazzjoni oħra huma anki waqaw fit-3 diviżjoni fl-2003. Madankollu huma ħadhu posthom fl-ogħla livell wara l-istaġun 2008-09. Mill-Sajf 2011, il-klabb biddel l-istatus tiegħu għal SH.A. L-investimenti li saru mill-pusses ġdiet fl-akkwisti infrastrutturi u l-plejers irriżultaw li kellhom ħafna suċċess. Bħalissa Kastrioti huwa fl-ogħla pożizzjonijiet tal-klassifika tal-kamjonat Albaniż u l-istadju stenna ħafna aħjar mill-ħidma li sar. B'mod ġenerali hemm attitudni ottimisti mibdija mill-investimenti li ġew magħmula fl-istrutturi tal-klabb. L-għan ta' KS Kastrioti huwa li ikunu wieħed mill-aħjar klabbs tal-futbol fil-pajjiż. Kastrioti qatt ma rebħu l-Superliga Albaniża iżda rebaħ it-titolu tal-kampjonat tal-ewwel u t-tieni diviżjoni.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]