Johanna von Puttkamer

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Johanna von Puttkammer fl-1855

Johanna Friederike Charlotte Dorothea Eleonore von Puttkamer (Barnowiec, 11 ta' April 1824Warcino, 27 ta' Novembru 1894) kienet nobbli Prussjana, mart il-Kanċillier Ġermaniż Otto von Bismarck.

Bijografija[editja]

Johanna kienet l-unika tifla fost familja aristokratika ddominata minn kultura ta' konservattiżmu Protestant. Il-ġenituri tagħha, Heinrich von Puttkamer (1789–1871) u Luitgarde Agnes von Glasenapp (1799–1863), iżżewġu fl-1 ta' Diċembru 1819 ġewwa Gramenz.

Nhar il-21 ta' Diċembru 1846, Otto von Bismarck bagħat ittra lil missier Johanna sabiex jitlob il-permess li jiżżewwiġha. Iż-żwieġ seħħ f'Kołczygłowy, qrib Reinfeld, fit-28 ta' Lulju 1847. Huma kellhom tliet itfal: żewġ subien, Herbert (1849–1904) u Wilhelm (1852–1901), u tifla waħda, Marie (1848–1926)

Wara l-mewt tagħha, Bismarck irranġa sabiex il-mara tiegħu tindifen fil-post fejn mietet, fejn it-tnejn qattgħu diversi sjuf u xtiewi flimkien. Kamra żgħira fil-ġnien, li kien il-punt favorit tagħha, ġie rranġat sabiex isir post ta' dfin. Aktar tard, il-ġisem tagħha ġie trasferit lejn Friedrichsruh fejn indifnet biswit ir-raġel tagħha.

Ħoloq esterni[editja]