J.K. Rowling

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
J. K. Rowling

Joanne Rowling hi kittieba Ingliża li tiffirma J.K. Rowling. Rowling hi l-kittieba tas-serje ta’ Harry Potter, li għandu fama internażżjonali, rebaħ ħafna premjijiet, u biegħ 'il fuq minn 377 miljun kopja mad-dinja kollha.

Werrej

Biografija [editja]

Il-ġenituri ta' Rowling kien jisimhom Peter James Rowling u Anne Rowling (mwielda Volat) fil-31 ta' Awissu 1965 f'Yate, Gloucestershire, l-Ingilterra, 10 mili (16.1 km) fit-tramuntana ta' Bristol. Oħtha Dianne twieldet fid-dar tagħhom fit-28 t'Awissu 1967 meta Rowling kellha biss 23 xahar. Il-familja marret toqgħod f'raħal qrib Winterbourne meta rowling kellha erba' snin. Hija attendiet l-iskola primarja St Michael's, skola imwaqqfa kwazi 200 sena ilu mill-popolari William Wilberforce u giet irriformata minn Hannah More. Jgħidu li l-Kap ta' L-iskola anzjan f'St Michael's, Alfred Dunn, kien il-mudell ta' Albus Dumbledore f'Harry Potter.

Meta kienet tifla, Rowling kienet tieħu gost tikteb l-istejjer tal-fantasija biex taqrahom oħtha. "Niftakar ngħidilha l-istejjer fejn hi kienet taqa' ġo ħofra tal-fniek u l-fniek ta' ġewwa kienu jagħtuha tiekol il-frawli" tgħid Rowling. "L-ewwel storja li ktibt (meta kelli ħames jew sitt snin) kienet dwar fenek jismu Rabbit. Dan qabditu il-ġidri r-riħ u kienu jiġu ħbiebu jarawh, fosthom naħla kbira jisimha Miss Bee."

Bidu tal-karriera [editja]

Il-kunjom Rowling ġieli jinqara "Rolling" minflok "Rowling". Isimha propja hu "Joanne Rowling" mhux bħal ma jaħsbu ħafna nies "Joanne Kathleen Rowling". Qabel ma ppublikat l-ewwel ktieb Harry Potter and the Philosopher’s Stone, Bloomsbury, il-kumpanija li jistampaw u jippublikaw il-kotba ta’ Harry Potter, beżgħu li s-subien ma kinux se jaqrawh il-ktieb billi kienet kitbitu mara. Allura biex ma tidhirx li hi mara, għażlet l-ittra K, minn isem nannitha Kathleen, biex minflok jidher l-isem "Joanne Rowling", jidher "J.K Rowling".

F’ Diċembru ta’ 1990, omm Joanne mardet u mietet. Joanne qalet "Kont qegħda nikteb Harry Potter meta ommi mietet. Qatt ma għedtilha fuq Harry Potter".

Qofol tal-karriera [editja]

Rowling rebħet ħafna premjijiet għall-kotba li kitbet, fosthom Children’s Book Award, Nestlé Smarties Book Prize u ħafna oħrajn. Is-sitt ktieb, Harry Potter and the Half-Blood Prince qiegħed fil-Guinness World Records bħala l-iżjed ktieb li qatt nbiegħ! Is-sitt ktieb nbiegħ f’ġurnata u nbigħu iżjed kopji milli nbigħu kopji ta' The Da Vinci Code f’sena. J.K. Rowling taqla iżjed flus mill-kotba milli taqla’ r-reġina ta’ l-Ingilterra. Bħalissa, J.K. Rowling qed tgħix Edinburgh, l-iSkozja ħdejn oħta Dianna u ħarget Harry Potter and the Deathly Hollows fil-21 ta’ Lulju 2007.

Sitien Elettroniki dwar J.K Rowling u Harry Potter [editja]

Is-Sit Ufficjali ta' J.K Rowling[1] Is-Sit Ufficjali ta' Harry Potter [2] "Fan Site"[3]